EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0505

Kawża T-505/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2015 – Seven for all mankind vs UASI – Seven (SEVEN FOR ALL MANKIND) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND — Trade Mark Komunitarja u internazzjonali figurativa preċedenti Seven — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

OJ C 127, 20.4.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2015 – Seven for all mankind vs UASI – Seven (SEVEN FOR ALL MANKIND)

(Kawża T-505/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND - Trade Mark Komunitarja u internazzjonali figurativa preċedenti Seven - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 127/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven for all mankind LLC (Vernon, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Gautier-Sauvagnac, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ April 2014 (Każ Nru R 1277/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Seven for all mankind LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Seven for all mankind ikkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


Top