EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0369

Kawża C-369/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Oost-Brabant, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra N.F. Gielen, M.M.J. Geerings, F.A.C. Pruijmboom, A.A. Pruijmboom [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prekursuri ta’ drogi — Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri — Regolament (KE) Nru 273/2004 — Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi — Regolament (KE) Nru 111/2005 — Kunċett ta’ “sustanza skedata”  — Sustanza “alpha-phenylacetoacetonitrile” (APAAN) — Sustanza skedata “1-phenyl-2-propanone” (BMK)]

OJ C 118, 13.4.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Oost-Brabant, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra N.F. Gielen, M.M.J. Geerings, F.A.C. Pruijmboom, A.A. Pruijmboom

(Kawża C-369/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prekursuri ta’ drogi - Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri - Regolament (KE) Nru 273/2004 - Monitoraġġ tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi - Regolament (KE) Nru 111/2005 - Kunċett ta’ “sustanza skedata” - Sustanza “alpha-phenylacetoacetonitrile” (APAAN) - Sustanza skedata “1-phenyl-2-propanone” (BMK)])

(2015/C 118/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Oost-Brabant, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

N.F. Gielen, M.M.J. Geerings, F.A.C. Pruijmboom, A.A. Pruijmboom

Dispożittiv

L-Artikoli 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-klassifikazzjoni bħala “sustanza skedata”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ma tapplikax għal sustanza, bħall-alpha-phenylacetoacetonitrile, li ma hijiex prevista fl-Anness I tar-Regolament Nru 273/2004 jew fl-Anness tar-Regolament Nru 111/2005, anki jekk jitqies li, b’mezzi applikabbli faċilment jew vijabbli ekonomikament, fis-sens ta’ dawn ir-regolamenti, hija tista’ tiġi ttrasformata faċilment f’sustanza prevista fl-imsemmija annessi.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


Top