EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0140

Kawża F-140/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 65, 23.2.2015, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/55


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-140/14)

(2015/C 065/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tibni mill-ġdid il-karriera tar-rikorrent billi jiġi kklassifikat mill-ġdid, mill-1 ta’ Marzu 2005, fi grupp ta’ funzjonijiet superjuri, u t-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti tar-reklutaġġ (AHCC) datata 17 ta’ Settembru 2014, mibgħuta permezz ta’ nota tat-18 ta’ Settembru 2014 u rċevuta mir-rikorrent fid-19 ta’ Settembru 2014;

tordna il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrent ivvalutat ex aequo et bono għal EUR 30  000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.


Top