EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0406
Case T-406/13: Judgment of the General Court of 14 January 2015 — Gossio v Council (Common Foreign and Security Policy — Specific restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Côte d'Ivoire — Freezing of funds — Misuse of power — Manifest error of assessment — Fundamental Rights)
Kawża T-406/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Jannar 2015 – Gossio vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Użu ħażin ta’ poter — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali” )
Kawża T-406/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Jannar 2015 – Gossio vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Użu ħażin ta’ poter — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali” )
OJ C 65, 23.2.2015, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Gossio vs Il-Kunsill
(Kawża T-406/13) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Użu ħażin ta’ poter - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet fundamentali”))
(2015/C 065/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marcel Gossio (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: S. Zokou, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005, tat-12 ta’ April 2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (ĠU L 159M, p. 347), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2010, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 285, p. 28) u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK, tat-8 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656 (ĠU L 71, p. 50), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2013 li jinżammu l-miżuri restrittivi li kien suġġett għalihom ir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 479/2014, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Marcel Gossio. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |