EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0289

Kawża T-289/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Novembru 2014 – Ledra Advertising vs Il-Kummissjoni u BĊE (Rikors għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Kompetenza tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

OJ C 26, 26.1.2015, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Ledra Advertising vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-289/13) (1)

((Rikors għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt))

(2015/C 026/34)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ledra Advertising Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-memorandum ta’ qbil Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), fis-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għal kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ qbil f’dan tal-aħħar u ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ledra Advertising Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013


Top