EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0097

Kawża F-97/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs EMA

OJ C 7, 12.1.2015, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/50


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs EMA

(Kawża F-97/14)

(2015/C 007/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-EMA li tikkonferma d-deċiżjoni preċedenti, annullata permezz ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-26 ta’ Ġunju 2013, fil-Kawżi magħquda F-135/11, F-51/12 u F-110/12;

jikkundanna lill-EMA tħallas EUR 1 50  000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;

jikkundanna lill-EMA tħallas lir-rikorrent EUR 1 provviżorju bħala kumpens għad-dannu materjali kkawżat;

jikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.


Top