EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0394

Kawża T-394/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Novembru 2014 – Photo USA Electronic Graphic vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat” )

OJ C 7, 12.1.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2014 – Photo USA Electronic Graphic vs Il-Kunsill

(Kawża T-394/13) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”))

(2015/C 007/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Photo USA Electronic Graphic, Inc. (Pekin, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Adamantopoulos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u minn S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti); Ancàp SpA (Sommacampagna, l-Italja); Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju); Confindustria Ceramica (Sassuolo, l-Italja); u Verband der Keramischen Industrie eV (Selb, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bierwagen, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, p. 1), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Photo USA Electronic Graphic, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Ancàp SpA, Cerame-Unie AISBL, Confindustria Ceramica u Verband der Keramischen Industrie eV.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


Top