EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0459

Kawża C-459/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit- 3 ta’ Ottubru 2014 – Fadil Cocaj vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

OJ C 7, 12.1.2015, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Fadil Cocaj vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-459/14)

(2015/C 007/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fadil Cocaj

Konvenut: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Domandi preliminari

1)

Liema huma preċiżament il-kontenuti u r-rekwiżiti formali u sostantivi tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004?

2)

B’liema mod, taħt liema forma u quddiem liema awtorità amministrattiva għandha sseħħ ir-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004? Jekk ir-reġistrazzjoni għandha ssir permezz ta’ awtorità amministrattiva, liema huma l-kriterji formali u sostantivi li għandhom jiġu ssodisfatti mill-imsemmija awtorita amministrattiva fl-Istat Membru inkwistjoni?

3)

Id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva 2004/38 tista’ – fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 37 – tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet dwar is-sieħeb/sieħba jirrigwardaw biss sieħeb/sieħba ta’ sess differenti jew inkella dawn jirrigwardaw ukoll is-sieħeb/sieħba tal-istess sess?

4)

Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti lis-sieħeb/sieħba rreġistrati l-istatus ta’ membri tal-familja għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38, l-imsemmija direttiva tista’ tiġi interpretata fis-sens li dan jgħodd biss għas-sieħeb/sieħba ta’ sess differenti?

5)

Id-Direttiva 2004/38 tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-eżistenza ta’ unjoni reġistrata għandha tiġi ammessa meta parti tidher fir-reġistru tad-dikjarazzjonijiet ta’ konkubinaġġ ta’ Stat Membru?

6)

Id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva 2004/38 tista’ tiġi interpretata fis-sens li fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma titrattax taħt kull aspett b’mod ekwivalenti ż-żwieġ u l-unjoni rreġistrata, tali unjoni rreġistrata fl-ebda każ ma tagħti l-istatus ta’ membru tal-familja, anki jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-kliem tal-Artikolu 37?

7)

Id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva 2004/38 tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-ekwivalenza għaż-żwieġ għandha tinkludi s-sitwazzjonijiet u l-konsegwenzi legali kollha? Jekk l-ekwivalenza ma għandiex tkun kompleta, fir-rigward ta’ liema punti għandu jkun hemm, jekk ikun il-każ, korrispondenza bejn iż-żewġ status.

8)

Il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħmel distinzjoni bejn il-kunċett ta’ iskrizzjoni (“bejegyzés”) u dak ta’ reġistrazzjoni (“regisztráció”) jew tużahom b’mod interkambjabbli, għandu jew jista’ jkollu effett fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva 2004/38?

9)

L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2004/38 jista’ jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tkun ikkunsidrata bħala li tinkludi dispożizzjonijiet iktar favorevoli fis-sens ta’ dan l-artikolu meta l-imsemmija leġiżlazzjoni ma timponix li l-unjonijiet irreġistrati jkunu ekwivalenti għaż-żwieġ?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46


Top