EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0335

Kawża C-335/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 6 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Iscottish Land Court – ir-Renju Unit) – Robin John Feakins vs The Scottish Ministers “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Skema ta’ pagament uniku — Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 — Artikolu 18(2) — Riżerva nazzjonali — Ċirkustanzi eċċezzjonali — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”

OJ C 7, 12.1.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Iscottish Land Court – ir-Renju Unit) – Robin John Feakins vs The Scottish Ministers

(Kawża C-335/13) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Skema ta’ pagament uniku - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 - Artikolu 18(2) - Riżerva nazzjonali - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”)

(2015/C 007/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Scottish Land Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Robin John Feakins

Konvenuti: The Scottish Ministers

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika, minn naħa, meta bidwi jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ tnejn jew iktar mill-Artikoli 19 sa 23a tal-imsemmi regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 1974/2004, u, min-naħa l-oħra, meta bidwi li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ mill-inqas wieħed mill-Artikoli 19 sa 23a tal-istess regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 1974/2004, jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ mill-inqas wieħed mill-Artikoli 37(2), 40, 42(3) u 42(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001.

2)

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 795/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1974/2004 huwa invalidu sa fejn huwa jipprekludi bidwi li jkun esperjenza ċirkustanzi eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 1782/2003 milli jibbenefika fl-istess waqt minn aġġustament tal-ammont ta’ referenza tiegħu taħt din id-dispożizzjoni u minn ammont ta’ referenza supplimentari mir-riżerva nazzjonali taħt wieħed mill-Artikoli 19 sa 23a tar-Regolament Nru 795/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1974/2004, filwaqt li bidwi li ma jkunx ikkonfronta tali ċirkustanzi u li jkun ġie attribwit ammont ta’ referenza kkalkolat skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 jista’ jakkumula dan l-ammont u ammont ta’ referenza mir-riżerva nazzjonali taħt wieħed mill-Artikoli 19 sa 23a tar-Regolament Nru 795/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1974/2004.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


Top