EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FB0022

Kawża F-22/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Lulju 2014 – Mészáros vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 — Kandidat li għadda minn kompetizzjoni inkluż fil-lista ta’ riżerva — Verifika mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni fi grad AD 7 — Esperjenza professjonali ta’ terminu inferjuri għat-terminu minimu meħtieġ — Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-bord tal-għażla — Revoka tal-offerta għal impjieg mill-Awtorità tal-Ħatra — Kompetenza marbuta mal-Awtorità tal-Ħatra)

OJ C 421, 24.11.2014, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/55


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – Mészáros vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/13) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 - Kandidat li għadda minn kompetizzjoni inkluż fil-lista ta’ riżerva - Verifika mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni fi grad AD 7 - Esperjenza professjonali ta’ terminu inferjuri għat-terminu minimu meħtieġ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-bord tal-għażla - Revoka tal-offerta għal impjieg mill-Awtorità tal-Ħatra - Kompetenza marbuta mal-Awtorità tal-Ħatra))

2014/C 421/77

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mátyás Támas Mészáros (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: M. Pecyna, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għar-reklutaġġ tar-rikorrent ippreżentata mill-ESTAT u li ma tikkunsidrax lir-rikorrent eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. T. Mészáros.


(1)  ĠU C 291, 05.10.2013, p. 7.


Top