EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0205

Kawża C-205/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il- Pajjiżi l-Baxxi) – – Hauck GmbH & Co. KG vs Stokke A/S et (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 3(1)(e) — Rifjut jew invalidità ta’ reġistrazzjoni — Trade mark tridimensjonali — Siġġu tat-tfal li jirregola ruħu “Tripp Trapp”  — Sinjal magħmul esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott — Sinjal magħmul mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott)

OJ C 421, 24.11.2014, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il- Pajjiżi l-Baxxi) – – Hauck GmbH & Co. KG vs Stokke A/S et

(Kawża C-205/13) (1)

((Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 3(1)(e) - Rifjut jew invalidità ta’ reġistrazzjoni - Trade mark tridimensjonali - Siġġu tat-tfal li jirregola ruħu “Tripp Trapp” - Sinjal magħmul esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott - Sinjal magħmul mill-forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott))

2014/C 421/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hauck GmbH & Co. KG

Konvenuti: Stokke A/S, Stokke Nederland BV, Peter Opsvik, Peter Opsvik A/S

Dispożittiv

1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut ta’ reġistrazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tapplika għal sinjal esklużivament ikkostitwit minn forma ta’ prodott li jippreżenta karatteristika jew numru ta’ karatteristiċi ta’ użu essenzjali u inerenti għall-funzjoni jew għall-funzjonijiet ġeneriċi ta’ dan il-prodott, li l-konsumatur jista’ eventwalment ifittex fil-prodotti tal-kompetituri.

2)

It-tielet inċiż tal-Artikolu 3(1)(e) tal-Ewwel Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut ta’ reġistrazzjoni prevista għal din id-dispożizzjoni tista’ tapplika għal sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma ta’ prodott li għandu numru ta’ karatteristiċi li jistgħu jagħtuh valuri sostanzjali differenti. Il-perċezzjoni tal-forma tal-prodott mill-pubbliku rilevanti jikkostitwixxi biss wieħed mill-elementi ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-applikabbiltà tar-raġuni għal rifjut inkwistjoni.

3)

L-Artikolu 3(1)(e) tal-Ewwel Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tielet premessi ta’ din id-dispożizzjoni ma jistgħux jiġu applikati flimkien.


(1)  ĠU C 189, 29.6.2013


Top