EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0035

Kawża C-35/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 22 ta’ Mejju 2014 – Plásticos Españoles, SA (ASPLA) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż industrijali tal-plastik — Ksur uniku u kontinwat)

OJ C 253, 4.8.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – Plásticos Españoles, SA (ASPLA) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-35/12 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Ksur uniku u kontinwat))

2014/C 253/04

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Plásticos Españoles, SA (ASPLA) (rappreżentanti: E. Garayar Gutiérrez, Troncoso Ferrer u E. Abril Fernández, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, ASPLA vs Il-Kummissjoni (T-76/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali), dwar akkordju fuq is-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ASPLA

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Plásticos Españoles SA (ASPLA) hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 89 tal-24.03.2012.


Top