EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0125

Kawża T-125/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Frar 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol)

OJ C 142, 12.5.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol)

(Kawża T-125/14)

2014/C 142/52

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 686/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GAPPol” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 20, 25 u 37 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 346 165

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “GAP”; it-trade marks figurattivi li jinkludu l-element verbali “GAP”; it-trade marks verbali nazzjonali “GAP” u t-trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-element verbali “GAP” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


Top