EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0181

Kawża T-181/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Marzu 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni [ “Aċċess għad-dokumenti  — Regolament (KE) Nru 1049/2001  — Dokumenti dwar it-talbiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ ċerti impriżi fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji  — Rifjut ta’ aċċess  — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz  — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika  — Interess pubbliku superjuri  — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali  — Aċċess parzjali” ]

OJ C 142, 12.5.2014, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-181/10) (1)

([“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar it-talbiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ ċerti impriżi fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Interess pubbliku superjuri - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Aċċess parzjali”])

2014/C 142/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reagens SpA (San Giorgio di Piano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn B. O’Connor, solicitor, L. Toffoletti, E. De Giorgi u D. Gullo, avukati, sussegwentement minn B. O’Connor, L. Toffoletti u E. De Giorgi)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Costa de Oliveira u J. Bourke, sussegwentement minn P. Costa de Oliveira u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat-23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat-23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lil Reagens SpA l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija annullata sa fejn hija rrifjutat l-aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-talbiet tal-impriżi u għall-ewwel kwestjonarju tal-Kummissjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Reagens SpA hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ Reagens.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


Top