EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AB0002

Opinjoni Tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar proposta għal regolament dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji (CON/2014/2)

OJ C 113, 15.4.2014, p. 1–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Jannar 2014

dwar proposta għal regolament dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji

(CON/2014/2)

2014/C 113/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-18 ta’ Ottubru 2013 u t-28 ta’ Ottubru 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Kunsill u mingħand il-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji (1) (minn hawn ‘il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmija fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost

1.1.   Ir-regolament propost jintroduċi qafas regolatorju komuni tal-Unjoni għar-regolamentazzjoni tal-indiċi ppubblikati li jservu bħala parametri referenzjarji għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji, bħall-ftehim ta’ kreditu ipotekarju, jew biex ikejlu l-prestazzjoni ta’ fondi tal-investiment sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-preċiżjoni tagħhom u b’hekk jikkontribwixxi għal funzjonament tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investitur (2).

1.2.   Il-qafas il-ġdid jirregola l-proċess sħiħ tal-istipular ta’ parametri referenzjarji, mill-kontribuzzjoni tal-kwoti jew dejta oħra li tiddaħħal mill-parteċipanti fis-suq, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-parametru referenzjarju sad-disseminazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħhom. B’mod iżjed speċifiku, ir-regolament propost jaspira li jagħmel il-parametri referenzjarji iktar affidabbli u robusti sabiex dawn jiġu mmanipulati inqas faċilment mill-parteċipanti fis-suq u biex il-proċess tal-istipular tal-parametri referenzjarji isir ġeneralment iktar trasparenti. Huwa jfittex li jikseb dan prinċipalment billi jsaħħaħ il-kontroll superviżorju tal-kwalità u l-metodoloġija għall-kontribuzzjoni tad-dejta tal-input fl-indiċijiet li jistgħu jiġu użati bħala parametri referenzjarji (3), u billi jissaħħu l-governanza u l-kontroll fuq l-entitajiet li jamministraw il-forniment tal-parametru referenzjarju. Taħt l-iskema proposta, l-amministraturi li jinsabu fl-Unjoni jintalbu japplikaw għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tagħhom (4). Billi l-funzjoni tal-amministratur hija ċentrali għall-istipular tal-parametri referenzjarji u tinvolvi d-diskrezzjoni dwar kif id-dejta tal-input tiġi tradotta fil-parametru referenzjarju, l-amministraturi iridu jadottaw kodiċi ta’ kondotta u jiżguraw li l-forniment tad-dejta mhuwiex affettwat minn xi kunflitt ta’ interess (5). Il-Kummissjoni għandha l-poter li tiddeċiedi liema parametri referenzjarji li jinsabu fl-Unjoni huma “parametri referenzjarji kritiċi” u li taddotta lista ta’ dawn il-parametri referenzjarji f’livell tal-Unjoni (6).

1.3.   Fir-rigward tas-superviżjoni u l-infurzar, skont ir-regolament propost, l-Istati Membri jridu jaħtru awtorità jew awtoritajiet responsabbli għal dawn il-kompiti (7) u jinnotifikaw dawk l-awtoritajiet lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS). Għall-parametri referenzjarji kritiċi, billi dawn x’aktarx ikollhom effetti transkonfinali, l-awtorità kompetenti tal-amministratur trid tistabbilixxi kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti li jinkludu lil dik l-awtorità, l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti tal-kontributuri u fejn iġġustifikat, awtoritajiet kompetenti oħra, u trid tistabbilixxi wkoll arranġamenti bil-miktub fil-kulleġġ, inter alia, dwar l-assistenza li trid tiġi mogħtija lil din l-awtorità kompetenti biex tenforza diversi miżuri fir-rigward tal-kontribuzzjoni obbligatorja għal parametru referenzjarju u kritiku (8). Fin-nuqqas ta’ ftehim fi ħdan il-kulleġġ dwar jekk jittieħdux ċerti miżuri speċifiċi (9), l-awtorità kompetenti tal-amministratur tista’ tadotta deċiżjoni dwar il-kwistjoni, sakemm kull devjazzjoni mill-opinjonijiet tal-membri l-oħra tal-kulleġġ, u fejn xieraq tal-AETS hija rraġunata bis-sħiħ. Barra minn hekk, fejn, inter alia, jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu naqsu milli jiftiehmu fuq l-arranġamenti bil-miktub jew fejn hemm nuqqas ta’ qbil ma’ miżura li tkun ittieħdet, l-AETS tista’ tieħu deċiżjoni jew meta tiġi kkonsultata minn membru ieħor tal-kulleġġ jew fuq l-inizjattiva tagħha stess skont il-proċedura tal-“medjazzjoni vinkolanti” (10). Ir-regolament propost jipprovdi wkoll għar-reġim ta’ ekwivalenza li jrid jiġi amministrat mill-AETS għal parametri referenzjarji amministrati minn pajjiżi terzi (11).

1.4.   Il-proposta tikkumplimenta wkoll il-proposti riċenti tal-Kummissjoni biex tiġi inkluża l-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji bħala offiża tal-abbuż tas-suq suġġett għall-multi amministrattivi stretti fir-reġim il-ġdid dwar l-abbuż fis-suq (12). Minn perspettiva internazzjonali, ir-regolament propost jingħad li huwa konformi mal-prinċipji għal parametri referenzjarji finanzjarji maħruġin f’Lulju 2013 mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) (13).

2.   Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jappoġġja l-għan tar-regolament propost li jistabbilixxi sett ta’ regoli komuni f’livell tal-Unjoni għall-proċess tal-istipular tal-parametri referenzjarji għall-istrumenti finanzjarji (14) u kuntratti finanzjarji (15) fl-interess tal-integrità u l-affidabbiltà tal-parametri referenzjarji finanzjarji u t-tħassib akbar dwar il-protezzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi. Il-BĊE iqis li r-rispons regolatorju huwa ġġustifikat u proporzjonat man-nuqqasijiet li ġew identifikati fil-proċess tal-istipular tal-parametri referenzjarji. It-trawwim mill-ġdid tal-integrità u l-kunfidenza pubblika fil-parametri referenzjarji finanzjarji huwa bil-wisq iktar importanti fid-dawl tal-allegata manipulazzjoni riċenti tal-parametri referenzjarji ewlenin tar-rata tal-imgħax interbankarja Libor u Euribor, li f’numru ta’ każijiet wasslet għal multi sinifikanti u allegazzjonijiet tal-użu ħażin ta’ indiċijiet oħra. Għall-Eurosistema, huwa kritiku għas-salvagwardja tal-integrità u l-affidabbiltà ta’ dawn il-parametri referenzjarji ewlenin li tinżamm il-kwalità tal-kontribuzzjonijiet (dejta li tiddaħal) għal dawn l-indiċijiet u l-integrità tal-amministratur tagħhom.

Fit-tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni tal-2012 dwar ir-regolamentazzjoni tal-indiċijiet (16), il-BĊE enfasizza l-importanza sistematika tal-parametru riferenzjarju tal-Euribor għall-istabbiltà finanzjarja u għamel rakkomandazzjonijiet speċifiċi kemm fuq miżuri ta’ terminu qasir u medju għal dawk itwal għat-titjib tal-integrità u l-affidabbiltà tal-Euribor u parametri referenzjarji oħra. Il-BĊE, flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Eurosistema, ipprovdew ukoll tweġibiet tal-Eurosistema lill-konsultazzjonijiet oħra simili dwar il-futur tal-indiċijiet tal-parametri referenzjarji, kemm fuq livell tal-Unjoni kif ukoll dak internazzjonali (17).

Il-BĊE jixtieq jagħmel ukoll ftit rimarki li jħarsu “l quddiem dwar ir-riforma tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax kritika. Filwaqt li sar progress fit-tisħiħ tal-proċess tal-governanza u t-trawwim mill-ġdid tal-kredibbiltà, hemm bżonn li jittieħdu aktar passi. Il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattivi tas-suq bil-għan li jidentifikaw rati ta” referenza ibbażati fuq tranżazzjoni li jistgħu jikkumplimentaw jew jissostitwixxu b’mod vijabbli l-Euribor u jappoġġaw l-iffaċilitar tal-għażliet tas-suq f’sistema finanzjarja li dejjem tinbidel sabiex l-utenti jistgħu jagħżlu rati ta’ referenza li jaqblu iktar mal-bżonnijiet tagħhom. Barra minn hekk, id-disinn ta’ rati ta’ referenza ġodda jrid jikkunsidra l-prinċipji sodi għar-rati ta’ referenza ppreżentati mill-AETS, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), u l-IOSCO. Għaldaqstant, il-BĊE jinkoraġġixxi bis-sħiħ li l-parteċipanti fis-suq ikunu involuti b’mod attiv fil-proċess tad-disinn tar-rata, sabiex jiġi żgurat li r-rata li tirriżulta tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq. Huwa importanti ħafna wkoll għar-rati ta’ referenzi ġodda f’din il-fażi tranżitorja li kull qafas tal-Unjoni huwa operabbli għall-parteċipanti fis-suq. Dan huwa partikolarment kruċjali billi r-regolament propost għandu kamp ta’ applikazzjoni wiesgħa ħafna. Il-BĊE jixtieq jenfasizza wkoll illi l-osservazzjonijiet speċifiċi t’hawn isfel huma ffokati primarjament fuq l-impatt tar-regolament fuq il-parametri referenzjarji ewlenin tar-rata tal-imgħax ewlenija.

3.   Osservazzjonijiet speċifiċi

3.1.   Kamp ta’ applikazzjoni, l-esklużjoni tal-indiċijiet u l-parametri referenzjarji forniti mill-banek ċentrali u d-definizzjoni

3.1.1.   Il-BĊE jappoġġja l-kamp ta’ applikazzjoni wiesgħa tal-applikazzjoni tar-regolament propost, li jkopri l-parametri referenzjarji kollha li huma użati bħala referenza għall-istrumenti finanzjarji ammessi għall-kummerċ jew innegozjati f’ċentri regolati, bħall-enerġija, il-kommoditajiet u d-derivattivi tal-munita, kif ukoll kuntratti finanzjarji u l-valur tal-fondi tal-investiment (18). Dan huwa xieraq fil-kuntest tal-użu estensiv u wiesgħa tal-parametri referenzjarji fis-swieq finanzjarji lokali u internazzjonali, u għalhekk, il-potenzjal konsiderevoli tagħhom biex iħallu impatt negattiv fuq l-investituri u l-konsumaturi ta’ prodotti finanzjarji inqas sofistikati, bħal ma huma l-ipoteki.

3.1.2.   Il-BĊE jilqa’ l-esklużjoni espressa mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost ta’ banek ċentrali li huma membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) billi huma diġa’ għandhom sistemi fis-seħħ biex jiżguraw konformità mal-oġġettivi tagħhom (19). Madankollu l-BĊE jissuġġerixxi li l-eżenzjoni tiġi estiża għall-banek ċentrali kollha billi l-parametri referenzjarji u l-indiċijiet pprovduti minnhom huma diġa’ suġġetti għall-kontroll mill-awtoritajiet pubbliċi. Dawk il-kontrolli huma ddisinjati biex jikkonformaw mal-prinċipji, l-istandards u l-proċeduri li jiżguraw il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-parametri referenzjarji u l-indiċijiet (20). Ikun ukoll duplikattiv għall-banek ċentrali – u tassew għall-awtoritajiet pubbliċi in ġenerali – li jiġu suġġetti għar-regolament propost, billi l-amministraturi jkunu suġġetti għas-superviżjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li jiġu inklużi l-banek ċentrali u l-parametri referenzjarji u l-indiċijiet tagħhom fir-regolament propost (21), u tabilħaqq il-BĊE ma jopponix għall-estensjoni tal-eżenzjoni għall-awtoritajiet pubbliċi kollha. Dan huwa konsistenti mal-prinċipji tal-IOSCO dwar l-istipular tal-parametri referenzjarji, li rapport riċenti fuqhom iddikjara li l-amministrazzjoni tal-parametru riferenzjarju minn awtorità nazzjonali użata għall-finijiet tal-politika pubblika mhijiex fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni tagħhom (22).

Barra minn hekk, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax interbankarja” (23), il-BĊE jinnota li r-reġim speċjali imniżżel fl-Anness II ikopri biss dawk il-parametri referenzjarji li huma bbażati fuq rati ta’ imgħax li fuqhom il-banek jistgħu isellfu jew jissellfu minn xulxin. Fil-fehma tal-BĊE ir-reġim għandu jkun inqas ristrett u jinkludi wkoll parametri referenzjarji fejn l-assi sottostanti hija r-rata li fuqha l-bank jista’ jislef jew jissellef mis-suq bl-ingrossa (24). Is-suq bl-ingrossa jista’ jkopri aġenti oħra li mhumiex banek.

3.2.   L-integrità u l-affidabbiltà tal-parametri referenzjarji u l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-amministraturi (25)

3.2.1.   Il-BĊE jilqa’ l-fatt li d-dejta tal-input li trid tiġi ppreżentata mill-kontributuri trid tkun dejta ta’ tranżazzjoni u li dejta oħra tista’ tiġi użata biss jekk id-dejta ta’ tranżazzjoni disponibbli mhijiex biżżejjed biex tirrappreżenta b’mod preċiż u affidabbli lis-suq jew ir-realtà ekonomika li l-parametru riferenzjarju huwa maħsub biex ikejjel, sakemm ikunu jistgħu jiġu vverifikati (26).

3.2.2.   Madankollu, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw li, fit-twettiq tal-għanijiet iġġustifikati tal-proposta, it-tisħiħ tar-rekwiżiti regolatorji fuq l-amministraturi (27) ma tiddiswadix bi żvista lill-atturi ġodda fis-suq minn din il-funzjoni kritika jew tiskoraġġixxi ż-żejjed lill-amministraturi kurrenti milli jibqgħu f’din il-funzjoni, speċjalment matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni kurrenti għar-rati ta’ referenza ġodda possibbli (28). Dawn il-barrieri għad-dħul jistgħu jwasslu għal lista subottimali ta’ parametri referenzjarji li jistgħu ma jissodisfawx il-bżonnijiet tal-utenti.

3.2.3.   Barra minn hekk, sabiex jiġi ddeterminat fejn jinsab il-limitu ta’ “50 % ta’ [tal-] valur tat-tranżazzjonijiet fis-suq”, li huwa meħtieġ fl-Artikolu 7(1)(ċ) tar-regolament propost biex l-amministratur jiddetermina jekk għall-parametri referenzjarji li mhumiex ibbażati fuq tranżazzjoni jeżistix suq sottostanti, hemm bżonn ta’ kjarifika dwar kif l-amministratur irid jasal għal valutazzjoni robusta u reżistenti għall-isfida ta’ valutazzjoni ta’ dak li jikkstitwixxi suq għall-finijiet li ssir din id-determinazzjoni, billi “suq” huwa kunċett ekonomiku dderivat mil-liġi tal-kompetizzjoni u ddefinit aktar fir-regolament propost.

3.2.4.   Il-BĊE jinnota wkoll li taħt ir-regolament propost l-amministraturi u l-kontributuri tal-parametri referenzjarji fl-Unjoni se jkunu superviżjonati mill-awtoritajiet kompetenti identifikati mill-Istati Membri, u li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji se jirrikjedu awtorizzazzjoni minn dawn l-awtoritajiet. Il-BĊE diġa’ ddikjara l-fehma tiegħu (29) li, fid-dawl tal-importanza sistemika tal-Euribor għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni u l-irwol tiegħu fit-trażmissjoni tal-politika monetarja, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għandhom ikunu involuti fis-superviżjoni tal-proċess tal-iffissar tar-rata tal-Euribor. Il-BĊE jemmen li l-awtoritajiet bħall-AETS u l-ABE huma mqegħda sew biex jassumu dan ir-rwol. Il-BĊE għalhekk, jilqa’ l-proposta li l-Kummissjoni tadotta atti delegati bbażati fuq tandards tekniċi mħejjija mill-AETS fuq kwistjonijiet speċifiċi fil-proċess tal-iffissar tal-parametri referenzjarji u s-setgħa proposta tal-AETS li twettaq “medjazzjoni vinkolanti” fil-koordinament tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni (30) u l-irwol tagħha fir-reġistrazzjoni u l-irtirar tar-reġistrazzjoni tal-amministraturi li jinsabu f’pajjiżi terzi. (31) Barra minn dan, it-terminoloġija ta’ fejn jinsabu l-persuni ġuridiċi jew naturali, kif iddefiniti fir-regolament propost, għandhom jintużaw b’mod konsistenti fit-test. (32) Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw uħud mill-kompiti tagħhom skont ir-regolament propost lill-AETS, mingħajr ħsara għall-ftehim ta’ dan tal-aħħar (33).

3.3.   Ir-rekwiżiti settorjali, il-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika u l-kontribuzzjoni obbligatorja (34)

3.3.1.   Il-proposta fiha rekwiżiti regolatorji għal tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi u reġim speċjali għal “parametri referenzjarji ta’ importanza kritika” (35). Il-BĊE jappoġġja l-elementi għar-reġim iktar strett għal parametri referenzjarji ta’ importanza kritika. Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li r-regolament propost jipprovdi li l-entitajiet taħt superviżjoni jikkontribwixxu dejta tal-input fuq bażi obbligatorja għal parametru riferenzjarju ta’ importanza kritika (36). Dan huwa sostenn importanti fil-każ, li ma jistax jiġi eskluż, li jkun hemm falliment fis-suq u l-kontribuzzjonijiet min-nixfa tad-dejta ibbażata fuq tranżizzjoni jew mhumiex disponibbli (37). Il-BĊE huwa mħasseb, madankollu, li d-definizzjoni preżenti tal-“parametru riferenzjarju ta’ importanza kritika” (38), li tirrikjedi li l-maġġoranza tal-kontributuri jkunu entitajiet taħt superviżjoni u li “l-istrumenti finanzjarji ta’ referenza għandhom valur nozzjonali ta’ mill-inqas 500 biljun euro” jista’ ma jipprovdix bażi sikura biżżejjed għall-evoluzzjoni ta’ parametri referenzjarji ġodda, bħar-rati tal-imgħax interbankarji. Minbarra li tikkostitwixxi xkiel potenzjali għad-dħul, żvantaġġ ieħor tad-definizzjoni proposta hija d-diffikultà fil-valutazzjoni dwar jekk jintlaħaqx il-limitu numeriku. Għal din ir-raġuni, il-BĊE jara l-mertu fiż-żamma ta’ definizzjoni iktar flessibbli bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja (39).

3.3.2.   Il-BĊE għandu tħassib serju dwar il-kliem propost tal-limitu minimu li jiskatta s-setgħa li jitolbu kontribuzzjoni obbligatorja. Kif abbozzat preżentement, l-Artikolu 14 jagħti ċertii setgħat lill-awtorità kompetenti tal-amministratur li tista’ teżerċitahom biex tiżgura li l-entitajiet superviżorji jkomplu jdaħħlu kontribuzzjonijiet għal parametru riferenzjarju, u tista’ titlobhom jieħdu passi oħra (40) f’sitwazzjoni fejn “kontributuri, magħmula minn tal-inqas 20 % tal-kontributuri għal parametru riferenzjarju ta’ importanza kritika waqfu milli jikkontribwixxu, jew hemm indikazzjonijiet biżżejjed li mill-inqas 20 % tal-kontributuri x’aktarx li ser jieqfu jikkontribwixxu, fi kwalunkwe sena”. Madankollu, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn fuq medda ta’ bosta snin għadd ta’ istituzzjonijiet li huma membri tal-panel jieqfu milli jikkontribwixxu dejta tal-input iżda, xorta, fi kwalunkwe sena (fuq bażi kalendarja u rikorrenti) in-numru ta’ terminazzjonijiet ma jilħaqx l-20 % tal-kontributuri kollha għall-parametru riferenzjarju u, għalhekk, ma jiskattax is-setgħat tal-awtorità kompetenti li tintervjeni. Bħala riżultat, dan jista’ jwassal għal mewta bil-mod tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika mingħajr il-possibbiltà li tiġi invokata kwalunkwe skema obbligatorja. Din jista’ jkollha implikazzjonijiet serji fir-rigward tar-rappreżentattività tal-panel. Għalkemm l-amministratur għandu obbligu li jiżgura li d-dejta tal-input tinkiseb minn panel jew kampjun ta’ kontributuri li huwa affidabbli u rappreżentattiv (41), mingħajr l-iskattar tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji, defiċjenzi fid-dejta tal-input għal parametru referenzjarju jistgħu jkollhom implikazzjonijiet serji għall-istabbiltà finanzjarja u l-funzjonament tajjeb tas-swieq. Minħabba n-natura kritika ta’ dawn il-parametri referenzjarji u wara li kkunsidra l-istabbiltà finanzjarja u l-funzjonament bla xkiel tas-suq, il-BĊE jirrakkomanda bis-saħħa biex ma jkunx hemm dipendenza fuq test numeriku, li jista’ faċilment jiġi evitat u li l-iskattar tiegħu jista’ qatt ma jintlaħaq, iżda li jiġi sostitwit minn kriterji kwalitattivi relatati ma’ konsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. Konsegwentament, il-BĊE jirrakkomanda bil-qawwa li l-amministratur jista’ jkun meħtieġ li jivvaluta f’intervalli regolari u meta d-daqs tal-panel jonqos jekk il-panel jibqax rappreżentattiv u, b’mod partikolari, jekk tnaqqis fid-daqs jirriżultax fil-kisba tad-dejta tal-input minn sett ta’ kontributuri li mhuwiex rappreżentattiv biżżejjed (42). Il-BĊE jinnota f’dan ir-rigward li l-Artikolu 7(1)(b) tar-regolament propost jirrikjedi li l-amministratur “jikseb id-dejta tal-input minn panil jew kampjun kredibbli u rappreżentattiv ta’ kontributuri sabiex jiżgura li l-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun kredibbli u rappreżentattiv tas-suq jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel (“Kontributuri rappreżentattivi”)“. B’konnessjoni ma” dan, il-BĊE jirrakkomanda li l-Artikolu 14(2) jispeċifika b’mod espliċitu li l-entitajiet taħt superviżjoni magħżulin biex jikkontribwixxu fuq bażi obbligatorja għall-parametru riferenzjarju ta’ importanza kritika jistgħu jinkludu entitajiet taħt superviżjoni ta’ istituzzjonijiet li mhumiex fil-panel.

3.3.3.   Fil-każ ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, ir-regolament propost jirrikjedi wkoll li l-kontributuri tal-awtoritajiet kompetenti “jassistu” lill-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru riferenzjarju fl-infurzar tal-miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 14(1)(a) u (b) (43), inkluż miżura sabiex l-entitajiet superviżorji jikkontribwixxu fuq bażi obbligatorja għall-parametru referenzjarju. Il-BĊE jifhem illi, fejn, jew l-awtorità kompetenti tal-amministratur ħadet deċiżjoni dwar xi waħda minn dawn il-miżuri iżda hemm nuqqas ta’ qbil fil-kulleġġ dwar il-miżura(i) meħuda, jew m’hemm l-ebda qbil dwar l-arranġamenti bil-miktub li jridu jitfasslu għall-infurzar tal-miżuri mill-awtorità kompetenti tal-amministratur, il-kwistjoni tista’ tiġi riferita lill-AETS, li tista’ mbagħad tieħu deċiżjoni skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.4.   Kooperazzjoni superviżorja

Fir-rigward ta’ kull parametru riferenzjarju ta’ importanza kritika, ir-regolament propost jipprovdi għall-istabbiliment ta’ kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti (44). Il-BĊE madankollu għandu tħassib dwar il-prattiċità ta’ din il-proċedura fil-każ ta’ parametri referenzjarji finanzjarji ta’ importanza kritika, partikolarment f’każ ta’ emerġenza bħal falliment fis-suq. Barra minn dan, dawn l-arranġamenti m’għandhomx jeffettwaw ir-responsabbiltajiet superviżorji bankarji tal-BĊE skont ir-regolament li jassenja lill-BĊE kompiti speċifiċi fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (45). Dan ir-regolament jassenja lill-BĊE kompiti superviżorji prudenzjali, iżda mhux kompiti relatati mas-superviżjoni tat-twettiq tan-negozju, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (46). Għalhekk, il-BĊE jifhem li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jibqgħu responsabbli għas-superviżjoni tal-parametri referenzjarji. Madankollu, biex jitneħħa kull dubju possibbli li r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-kondotta finanzjarja ta’ istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) tibqa’ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ir-regolament għandu jispeċifika li l-awtorità kompetenti li trid tiġi indikata mill-Istati Membri għandha tkun awtorità nazzjonali kompetenti.

3.5.   Trasparenza u protezzjoni tal-konsumatur

3.5.1.   Il-BĊE jinnota li, skont l-Artikolu 16(1) tar-regolament propost, amministratur huwa mitlub jippubblika d-dejta tal-input użata biex jiġi ddeterminat il-parametru riferenzjarju immedjatament wara l-pubblikazzjoni tal-parametru riferenzjarju, ħlief fejn il-pubblikazzjoni jkollha konsegwenzi negattivi serji għall-kontributuri jew teffettwa b’mod negattiv l-affidabbiltà jew l-integrità tal-parametru riferenzjarju, f’liema każ il-pubblikazzjoni tista’ tiġi mdewwma b’mod temporanju għal perjodu li jnaqqas il-konsegwenzi b’mod sinifikanti. Il-BĊE jifhem ukoll li d-dispożizzjonijiet tar-regolament propost li jipprojbixxi li l-awtorità kompetenti, l-impjegati tagħha u kwalunkwe aġent delegat tagħha milli tiżvela “informazzjoni koperta minn segretezza professjonali” lil kull persuna oħra ma japplikawx għall-amministratur tal-parametru riferenzjarju u, għalhekk, ma jżommux lill-amministratur milli finalment jippubblika d-dejta tal-input anke fejn ikun fiha informazzjoni tat-tip speċifikata fl-Artikolu 16 tar-regolament propost. Madankollu, huwa dubjuż jekk id-dejta tipprovdix valur addizzjonali lill-utenti. Ir-regolament propost minflok għandu jiżgura li l-utenti jistgħu jkunu kunfidenti dwar l-affidabbiltà tad-dejta bis-sorveljanza, superviżjoni, arkivjar u verifika xierqa tagħha. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ parametri referenzjarji bbażati fuq tranżazzjoni, jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn id-dejta tal-input li trid tiġi ppubblikata tinkludi dejta li hija sensittiva mill-aspett kummerċjali jew suġġetta għal kunfidenzjalità tan-negozju, pereżempju, jekk id-dejta dwar il-volum tat-tranżazzjonijiet tiġi inkluża fid-dejta tal-input. Għalhekk l-amministratur m’għandux ikun mitlub jippubblika d-dejta anke b’dewmien, sakemm il-kontributur relevanti ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu minn qabel, iżda jkun suffiċjenti għall-amministratur li jiġi mitlub jaħżen id-dejta għal ċertu perjodu li matulu l-awtorità kompetenti jista’ jkollha aċċess għalih fuq talba (47).Dan ikollu inqas piż eċċessiv għall-kontributuri, filwaqt li jippermetti li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess għad-dejta biex tissorvelja l-preċiżjoni u s-suffiċjenza tagħha.

3.5.3.   Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza jobbligaw lill-amministratur ta’ parametru riferenzjarju biex jippubblika proċedura ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu f’każ ta’ tibdiliet materjali għal jew it-terminazzjoni tal-parametru riferenzjarju. Bl-istess mod, l-entitajiet taħt superviżjoni u l-utenti huma wkoll obbligati li jippubblikaw pjanijiet robusti li jistipulaw l-azzjonijiet li jieħdu f’każ bħal dan. (48) Madankollu, la dawn id-dispożizzjonijiet, u lanqas id-dispożizzjonijiet li jindirizzaw l-arranġamenti tranżitorji (49), ma jistabbilixxu obbligu għall-pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ ta’ tfixkil mhux mistenni fil-parametru riferenzjarju. Għalhekk il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jinkludi obbligu għal amministratur tal-parametru riferenzjarju biex jiżviluppa l-proċeduri ta’ kontinġenza tiegħu stess, bi trasparenza sħiħa lejn l-utenti aħħarin tal-indiċijiet. Huwa suġġerit li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu nklużi fil-kodiċi ta’ kondotta tal-amministratur tal-parametru riferenzjarju bħala obbligu addizzjonali taħt il-paragrafu 1 ta’ Taqsima D ta’ Anness I tar-regolament propost (50).

3.5.4.   L-entitajiet taħt superviżjoni bħall-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma mitlubin jevalwaw jekk ir-riferenzjar ta’ kuntratt finanzjarju li jrid jiġi konkluż mal-konsumatur ma’ parametru referenzjarju huwa adattat għall-użu mill-konsumatur. Meta jkun qed jiżgura l-adegwatezza tiegħu, l-entità hija rikjesta tikseb l-informazzjoni meħtieġa fuq dak il-parametru riferenzjarju, inkluża d-dikjarazzjoni pubblika tal-amministratur dwar il-parametru riferenzjarju. (51). Il-BĊE jirrakkomanda li l-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jikkjarifikaw kif dan l-obbligu se jkun rifless fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ftehim ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà residenzjali (52), billi r-regolament propost jinkludi l-ipoteki fid-definizzjoni ta’ kuntratti finanzjarji.

3.6.   L-użu tal-parametri referenzjarji forniti minn amministraturi f’pajjiżi terzi (53)

3.6.1.   Il-BĊE jinnota li, skont ir-reġim ta’ ekwivalenza propost fl-Artikolu 20, il-parametri referenzjarji fornii minn amministraturi stabbiliti f’pajjiżi terzi huma mitlubin jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-kisba ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni li tirrikonoxxi li l-qafas legali tagħhom u l-prattiċi superviżorji huma ekwivalenti għal dak tar-regolament propost, qabel ma dawn il-parametri referenzjarji jkunu jistgħu jintużaw mill-entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni. Il-BĊE jinnota wkoll li jidher li dawn il-parametri referenzjarji ma jibbenefikawx mid-dispożizzjonijiet tranżitorji skont l-Artikolu 39, billi dawn jidhru li jirregolaw biss parametri referenzjarji eżistenti li l-amministratur tagħhom għandu japplika għall-awtorizzazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab l-amministratur, jiġifieri, l-amministraturi li jinsabu fl-Unjoni.

3.6.2.   Il-BĊE huwa mħasseb dwar il-prattiċità tar-reġim ta’ ekwivalenza propost, partikolarment li kieku jiddaħħal flimkien mad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-regolament propost. Ħafna prodotti ta’ investiment fl-Unjoni, partikolarment fid-derivattivi u l-fondi tal-investiment, jirreferu għal parametri finanzjarji li mhumiex tal-Unjoni. Għalkemm l-IOSCO ippubblika prinċipji dwar l-iffissar tal-parametri referenzjarji u jinkoraġixxi lill-pajjiżi biex jimplimentawhom (54), din tibqa’ kwistjoni għal kull pajjiż u, għalhekk, huwa inċert jekk il-membri tal-IOSCO humniex ser jimplimentawhom permezz ta’ leġiżlazzjoni. Billi d-deċiżjoni ta’ ekwivalenza pożittiva skont ir-regolament propost trid tiddikjara li l-qafas legali tal-pajjiż terz jiżgura li r-rekwiżiti fir-regolament, inklużi r-rekwiżiti ta’ governanza u kontroll mill-amministraturi, huma legalment vinkolanti u suġġetti għas-superviżjoni effettiva u għall-infurzar (55), jista’ jkun diffiċli għal ħafna oqfsa legali tal-pajjiżi terzi, inkluż dawk tal-pajjiżi tal-G20, biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza, per eżempju, fejn dawn ma jissoġġettawx lill-amministratur u “l-kontributuri tagħhom għal rekwiżiti superviżorji. (56) Bħala konsegwenza, firxa wiesgħa ta” prodotti li jirreferu għal dawn il-parametri referenzjarji amministrati minn pajjiż terz ikunu jridu jiġu rtirati u l-impatt potenzjali ta’ dan iċ-ċaqliq fuq l-istabbiltà finanzjarja jista’ jkun sinifikanti.

3.6.3.   Barra minn dan, il-BĊE jinnota li r-reġim ta’ ekwivalenza propost ma jipprovdix gwida ċara dwar il-konsegwenzi għall-kuntratti li bħalissa jirreferu għal dawn il-parametri referenzjarji jekk dawk il-parametri referenzjarji ma jgħaddux mit-test tal-ekwivalenza, billi d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-Artikolu 39 jidher li japplikaw biss għall-parametri referenzjarji tal-Unjoni.

3.6.4.   Għal dawn ir-raġunijiet, minflok ma jħalli l-użu tal-parametri referenzjarji li mhumiex tal-Unjoni fl-limbu, il-BĊE jistieden lill-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni biex jikkunsidraw li jintroduċu bħala minimu perjodu ta’ implimentazzjoni itwal għar-reġim ta’ ekwivalenza, li fih il-parametri referenzjarji użati b’mod wiesgħa li huma amministrati f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi tal-G20, jistgħu jkomplu jintużaw fl-Unjoni sal-aħħar ta’ perjodu tranżitorju itwal ta’ tliet snin. Għal dawn il-parametri referenzjarji, l-amministratur tal-pajjiż terz ikun mitlub juri konformità mal-Prinċipji tal-IOSCO fil-kuntest tal-qafas legali domestiku tiegħu. Bħala riżultat ta’ dan, il-parametru riferenzjarju jiġi eżentat mir-rekwiżiti ta’ ekwivalenza stipulati fl-Artikolu 20 tar-regolament propost b’mod temporanju. Huwa importanti, madankollu, li jinsab bilanċ bejn it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni mat-tħassib akbar dwar il-kundizzjonijiet indaqs bejn l-amministraturi kollha tal-parametri referenzjarji li jintużaw b’mod wiesgħa fl-Unjoni. Sabiex jinkiseb dan il-bilanċ, il-BĊE jaħseb ukoll għal rwol għall-AETS biex tirrevedi b’mod perjodiku, f’isem il-Kummissjoni, jekk id-differiment tal-implimentazzjoni tar-reġim ta’ ekwivalenza għall-amministraturi (57) li mhumiex ibbażati fl-Unjoni għadux iġġustifikat.

4.   Aspetti internazzjonali oħra

Fit-tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2012 dwar ir-regolament tal-indiċijiet (58), il-BĊE enfasizza l-importanza f’dan il-qasam li jiġi żgurat koordinament xieraq ta’ inizjattivi leġiżlattivi f’livelli nazzjonali u tal-Unjoni ma’ inizjattivi internazzjonali. B’rabta ma’ dan, il-BĊE josserva li l-Kumitat ta’ Tmexxija tas-Settur Uffiċjali tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, li tiegħu l-BĊE huwa membru, bħalissa qed jikkunsidra l-futur tal-parametri referenzjarji għas-settur bankarju flimkien mal-parteċipanti fis-suq.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Jannar 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 641 finali.

(2)  Ara l-Artikolu 1 tar-regolament propost. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost huwa wiesgħa, u jkopri varjetà wiesgħa ta’ indiċijiet ta’ parametri referenzjarji, inklużi l-parametri referenzjarji kollha li huma użati bħala referenza għall-istrumenti finanzjarji ammessi għall-kummerċ jew innegozjati f’ċentri regolati, bħall-enerġija, il-kommoditajiet u d-derivattivi tal-munita.

(3)  Ara l-Artikoli 7 u 8 tar-regolament propost.

(4)  Ara l-Artikolu 22 tar-regolament propost. Għalhekk, kif jispeċifika l-Artikolu 19, entitajiet superviżorji jistgħu biss jużaw parametru referenzjarju kopert mir-regolament propost jekk jiġi pprovdut minn amministratur awtorizzat skont l-Artikolu 23 jew irreġistrat skont l-Artikolu 21.

(5)  eż. jekk l-isħubija tal-amministratur, jew ta’ panel immexxi minnu, tinkludi parteċipanti fis-suq li jikkontribwixxu dejta tal-input għall-indiċi.

(6)  Ara l-Artikolu 13 tar-regolament propost. Fir-rigward tal-parametri referenzjarji, l-amministraturi iridu jinnotifikaw u jottjenu approvazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-kodiċi tal-kondotta.

(7)  Ara l-Artikolu 29 tar-regolament propost. Il-poteri superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti huma stipulati fl-Artikolu 30 u s-sanzjonijiet amministrattivi tagħhom fl-Artikolu 31.

(8)  Ara l-Artikolu 34(1) u (6) tar-regolament propost. Il-miżura relevanti relatata mal-kontribuzzjoni obbligatorja hija l-Artikolu 14(1)(a) u (b).

(9)  Dawn jinkludu miżuri li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni obbligatorja (Artikolu 14), l-awtorizzazzjoni tal-amministraturi (Artikoli 23 u 24) u l-miżuri amministrattivi u sanzjonijiet (Artikolu 31).

(10)  Dan huwa stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(11)  Ara Titolu V tar-regolament propost. L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiż terz iridu jinnotifikaw u jirreġistraw il-parametru referenzjarju mal-AETS u l-Kummissjoni għandha tapprova r-reġim regolatorju ta’ pajjiż terz għar-reġim tal-Unjoni qabel ma tista’ tiġi użata mill-entitajiet superviżorji tal-Unjoni.

(12)  Ara l-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq), COM(2012) 421 finali, u l-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, COM(2012) 420 finali.

(13)  Ara r-rapport finali tal-IOSCO dwar il-prinċipji għal parametri referenzjarji finanzjarji tas-17 ta’ Lulju 2013, disponibbli fuq il-websajt tal-IOSCO fuq www.iosco.org.

(14)  Ara l-Artikolu 3(1)(13) tar-regolament propost.

(15)  Skont l-Artikolu 3(1)(15) tar-regolament propost, dawn huma ftehimiet ta’ kreditu u ftehimiet ta’ kreditu relatati mal-proprjetà residenzjali kif iddefiniti fid-direttivi relevanti tal-Unjoni.

(16)  Ara l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummisjoni Ewropea dwar ir-regolamentazzjoni tal-indiċijiet – tweġiba għall-Eurosistema, Novembru 2012, p. 2-3, disponibbli fuq www.ecb.europa.eu

(17)  Ara t-tweġiba tal-Eurosistema għal konsultazzjoni pubblika tal-ABE u l-AETS dwar il-prinċipji għall-proċessi tal-istipular tal-parametri referenzjarji fl-UE u t-tweġiba tal-Eurosistema għar-rapport ta’ konsultazzjoni tal-IOSCO dwar il-parametri referenzjarji finanzjarji, it-tnejn ippubblikati fi Frar 2013.

(18)  Fondi tas-suq monetarju (MMFs) jistgħu jużaw ukoll indiċijiet għar-referenza tal-prezz tal-istrumenti finanzjarji nnegozjati minnhom. Ara l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fondi tas-suq monetarju, COM(2013) 615 finali, li tirrikjedi li l-MMFs jivvalutaw l-assi tagħhom, jekk il-marka għal metodu tas-suq ma tkunx disponibbli, fuq bażi ta’ marka skont il-mudell, li hija metodoloġija tat-tip tal-parametru riferenzjarju (ara b’mod partikolari l-premessa 41 u l-Artikolu 2(1) tar-regolament propost). Normalment l-MMFs se jiġu strutturati jew bħala maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jew bħala impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, u għalhekk huma diġa’ inklużi taħt id-definizzjoni ta’ entitajiet taħt superviżjoni (ara l-Artikolu 3(1)(14)(e) u (f) ta’ dak ir-regolament propost).

(19)  Ara l-Artikolu 2(2)(a) u l-premessa 16 tar-regolament propost.

(20)  Ara l-Emendi 1 sa 3.

(21)  Huwa nnotat f’dan ir-rigward li l-abbozz ta’ rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2013 [propost li jinkludi l-BĊNi fl-ambitu tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost- (ara l-Emenda 20 tal-abbozz ta’ rapport). Madankollu huwa jirrikonoxxi (premessa 20) li “l-esternalizzazzjoni tal-kalkoli, meta ma jkun hemm l-ebda diskrezzjoni fl-applikazzjoni tal-formola ma tfissirx li l-kalkolatur huwa amministratur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.” L-abbozz ta’ rapport għadha ma saritx votazzjoni fuqu mill-Kumitat. Disponibbli mill-websajt tal-Parlament fuq www.europarl.europa.eu.

(22)  Ir-rapport finali tal-IOSCO dwar il-prinċipji għal parametri referenzjarji finanzjarji, ara n-nota f’qiegħ il-paġna numru 13.

(23)  Ara l-Artikolu 3(1)(19) u l-Anness II tar-regolament propost,

(24)  Ara l-Emenda 5. Ara wkoll il-kapitolu dwar ir-rati ta’ referenza tal-imgħax fil-Bulettin ta’ Kull Xahar tal-BĊE ta’ Ottubru 2013, p. 69, disponibbli mill-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(25)  Ara t-Titoli II u VI tar-regolament propost.

(26)  Ara l-Artikolu 7(1)(a) tar-regolament propost.

(27)  Ara Kapitolu I ta’ Titolu II tar-regolament propost.

(28)  Ara l-paragrafu 3.3.2 fejn it-tħassib fuq il-prattiċità tal-limiti minimi tal-kontribuzzjoni obbligatorja huma enfasizzati.

(29)  Ara l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummisjoni Ewropea dwar ir-regolamentazzjoni tal-indiċijiet – tweġiba għall-Eurosistema, Novembru 2012, p. 3.

(30)  Dan huwa stipulat fl-Artikolu 34 tar-regolament porpost b’referenza għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(31)  Ara l-Artikoli 20 u 21 tar-regolament propost.

(32)  Ara Emenda 9 fir-rigward tal-Artikolu 20(1) fejn huwa użat it-terminu “amministratur stabbilit f’pajjiż terz”.

(33)  Ara l-Artikolu 26(2) tar-regolament propost.

(34)  Ara Titolu III tar-regolament propost

(35)  Ara l-Artikolu 3(1)(21) (definizzjoni) u l-Artikolu 13 tar-regolamenti propost. B’mod partikolari, l-amministratur tal-parametru referenzjarju kritiku huwa mitlub jinnotifika u jkollu l-kodiċi ta’ kondotta tiegħu vverifikat mill-awtorità nazzjonali kompetenti b’konformità mar-regolament.

(36)  Ara l-Artikolu 14 tar-regolament propost.

(37)  Ara t-tweġiba tal-Eurosistema għal konsultazzjoni pubblika tal-ABE u l-AETS, ara n-nota f’qiegħ il-paġna numru 17.

(38)  Ara l-Artikolu 3(1)(21) tar-regolament propost.

(39)  Ara l-Emenda 6.

(40)  Ara l-Artikolu 14(1)(a) sa (c) tar-regolament propost.

(41)  Ara l-Artikolu 7(1)(b) flimkien ma’ Taqsima C ta’ Anness I tar-regolament propost.

(42)  Ara l-Emenda 6.

(43)  Din id-dispożizzjoni tiggarantixxi li l-awtorità kompetenti tal-amministratur jkollha l-poteri li (a) tirrikjedi li l-entitajiet taħt superviżjoni jikkontribwixxu d-dejta tal-input lill-amministratur skont il-metodoloġija, il-kodiċi ta’ kondotta jew egoli oħra u (b) tiddetermina l-forma li fiha, u ż-żmien sa meta, kull dejta tal-input trid tiġi kontribwita. Dan l-obbligu biex tiġi pprovduta l-assistenza huwa stipulat fl-Artikolu 14(3).

(44)  Ara l-Artikolu 34(1) u (2) tar-regolament propost.

(45)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal- 15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63). Ara wkoll Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rgward tal-konferiment ta’ kompiti speċifiċi lill-Banek Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5).

(46)  Ara l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(47)  Ara l-Artikolu 16 tar-regolament propost u Emenda 7.

(48)  Ara l-Artikolu 17 u 39 tar-regolament propost.

(49)  Artikolu 39 tar-regolament propost.

(50)  Ara l-Emendi 8 u 18.

(51)  Ara l-Artikolu 18(1) tar-regolament propost.

(52)  Ara l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà reżidenzjali, COM(2011) 142 finali.

(53)  Ara l-Artikoli 20 u 21.

(54)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna numru 13, ara wkoll il-komunikat l-iktar riċenti tal-IOSCO ta’ Novembru 2013.

(55)  Ara l-Artikolu 20(2(b) flimkien mal-Artikolu 5 tar-regolament propost.

(56)  eż. għax l-amministratur huwa assoċjazzjoni tas-suq mhux regolata. Il-fehma tal-BĊE ibbażata fuq rispons mill-parteċipanti fis-suq huwa li ftit mill-ġurisdizzjonijiet barra l-Unjoni għandhom il-ħsieb li jirregolaw kollox ħlief ir-rata ta’ imgħax għolja u diversi parametri riferenzjarji forex u ta’ kommodità.

(57)  Ara l-Emenda 16.

(58)  Ara l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummisjoni Ewropea dwar ir-regolamentazzjoni tal-indiċijiet – tweġiba għall-Eurosistema, Novembru 2012, p. 8.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 16

“(16)

Parametri referenzjarji li huma fornuti minn banek ċentrali fl-Unjoni huma suġġetti għall-kontroll mill-awtoritajiet pubbliċi u jissodisfaw prinċipji, standards u proċeduri li jiżguraw il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-parametri referenzjarji tagħhom kif previst minn dan ir-Regolament. Għalhekk mhuwiex neċessarju li dawn il-parametri referenzjarji jkunu suġġetti għal dan ir-Regolament. Madankollu banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi wkoll jistgħu jfornu parametri referenzjarji li jintużaw fl-Unjoni. Huwa neċessarju li jiġi stabbilit li dawk il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li jipproduċu parametri referenzjarji huma soġġetti għal standards simili għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament biss, jiġu eżentati mill-obbligi skont dan ir-Regolament.”

“(16)

Parametri referenzjarji li huma fornuti minn banek ċentrali fl-Unjoni huma suġġetti għall-kontroll mill-awtoritajiet pubbliċi u jissodisfaw prinċipji, standards u proċeduri li jiżguraw il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-parametri referenzjarji tagħhom kif previst minn dan ir-Regolament. Għalhekk mhuwiex neċessarju li dawn il-parametri referenzjarji jkunu suġġetti għal dan ir-Regolament. Madankollu banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi wkoll jistgħu jfornu parametri referenzjarji li jintużaw fl-Unjoni. Huwa neċessarju li jiġi stabbilit li dawk il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li jipproduċu parametri referenzjarji huma soġġetti għal standards simili għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament biss, jiġu eżentati mill-obbligi skont dan ir-Regolament.

Spjegazzjoni

Parametri referenzjarji pprovduti mill-banek ċentrali huma suġġetti għal kontroll mill-awtoritajiet pubbliċi. Dawk il-kontrolli huma diġà mfasslin biex jissodisfaw il-prinċipji, l-istandards u l-proċeduri li jiżguraw il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-parametri referenzjarji tagħhom. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li l-banek ċentrali u l-parametri referenzjarji li dawn jipprovdu jiġu inklużi fir-regolament propost.

Emenda 2

Premessa 50

“(50)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta' ċerti aspetti tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk l-aspetti jikkonċernaw l-aċċertazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas ġuridiku li huma soġġetti għalih il-banek ċentrali u l-fornituri ta’ parametri referenzjarji minn pajjiżi terzi, kif ukoll tal-fatt li parametru referenzjarju għandu natura kritika. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.”

“(50)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta' ċerti aspetti tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk l-aspetti jikkonċernaw l-aċċertazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas ġuridiku li huma soġġetti għalih il-banek ċentrali u l-fornituri ta’ parametri referenzjarji minn pajjiżi terzi, kif ukoll tal-fatt li parametru referenzjarju għandu natura kritika. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.”

Spjegazzjoni

Dan it-tħassir tal-banek ċentrali qed isir minħabba l-eżenzjoni proposta għal dawk l-istituzzjonijiet.

Emenda 3

Artikolu 2(2) u (3)

“2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

Il-Membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

(b)

Banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li l-qafas ġuridiku tagħhom huwa rikonoxxut mill-Kummissjoni li jipprovdi għal prinċipji, standards u proċeduri ekwivalenti għar-rekwiżiti dwar il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-forniment ta’ parametri referenzjarji previsti minn dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2(b).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).”

“2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal: banek ċentrali.

(a)

Il-Membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

(b)

Banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li l-qafas ġuridiku tagħhom huwa rikonoxxut mill-Kummissjoni li jipprovdi għal prinċipji, standards u proċeduri ekwivalenti għar-rekwiżiti dwar il-preċiżjoni, l-integrità u l-indipendenza tal-forniment ta’ parametri referenzjarji previsti minn dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2(b).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).”

Spjegazzjoni

Jekk jogħġbok ara l-ispjegazzjoni għal Emenda 1.

Emenda 4

Artikolu 3(1)(19)

“19.   ‘parametru referenzjarju ta' rata tal-imgħax interbankarja’ tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta' dan l-Artikolu hija r-rata li biha l-banek jistgħu jsellfu jew jissellfu mingħand banek oħra;”

“19.   ‘parametru referenzjarju ta’ rata tal-imgħax interbankarja’ tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta' dan l-Artikolu hija r-rata li biha l-banek jistgħu jsellfu jew jissellfu mingħand banek oħra, jew ir-rata disponibbli fis-suq bl-ingrossa;”

Emenda 5

Artikolu 3(1)(21)

“21.   ‘parametru referenzjarju ta’ importanza kritika’ tfisser parametru referenzjarju, li l-maġġoranza tal-kontributuri tiegħu huma entitajiet taħt superviżjoni u li jirreferenzja strumenti finanzjarji li għandhom valur nozzjonali ta’ mill-inqas EUR 500 biljun;”

“21.   ‘parametru referenzjarju ta’ importanza kritika’ tfisser parametru referenzjarju, li l-maġġoranza tal-kontributuri tiegħu huma entitajiet taħt superviżjoni u li jirreferenzja strumenti finanzjarji li għandhom valur nozzjonali ta’ mill-inqas EUR 500 biljun li kieku kellu jieqaf milli jiġi pprovdut jew jiġi pprovdut permezz ta' bord li mhuwiex rappreżentattiv jew sett ta’ kontributuri jew dejta tal-input li mhijiex rappreżentattiva, għandu jkollu impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-funzjonament b’mod ordnat tas-swieq, il-konsumaturi jew l-ekonomija reali;”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jara mertu f’definizzjoni iktar flessibbli bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja fis-seħħ dwar id-definizzjoni proposta bbażata fuq limitu tal-valur nozzjonali numeriku. Partikolarment fil-każ tal-parametru riferenzjarju kritiku ġdid fl-ambjent il-ġdid tal-parametri referenzjarji bbażati fuq tranżazzjoni, huwa probabbli li inizjalment il-volum tal-istrumenti finanzjarji referenzjati se jvarja. Definizzjoni ankrata f’ kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja tipprovdi pedament iktar sikur għall-evoluzzjoni ta’ parametri referenzjarji ġodda, bħar-rati tal-imgħax interbankarji, jekk is-suq ikun irid joħloq dawn.

Emenda 6

Artikolu 14(1), (2)(ġdid), (3)(ġdid) u (4) (ġdid)

“1.   Meta l-kontributuri, b’valur ta’ mill-anqas 20 % tal-kontributuri ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika jieqfu jikkontribwixxu, jew ikun hemm biżżejjed indikazzjonijiet li mill-inqas 20 % tal-kontributuri x’aktarx li se jieqfu jikkontribwixxu, fi kwalunkwe sena, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju ta' importanza kritika jkollha s-setgħa li:

(a)

teżiġi mill-entitajiet taħt superviżjoni, magħżula skont il-paragrafu 2, li jikkontribwixxu dejta tal-input lill-amministratur skont l-metodoloġija, il-kodiċi tal-kondotta jew regoli oħra;

(b)

tiddetermina l-għamla li fiha, u ż-żmien sa meta, kull dejta tal-input għandha tiġi kontribwita;

(c)

tibdel il-kodiċi tal-kondotta, il-metodoloġija jew regoli oħra ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika.”

“1.   Meta l-kontributuri, b’valur ta’ mill-anqas 20 % tal-kontributuri ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika jieqfu jikkontribwixxu, jew ikun hemm biżżejjed indikazzjonijiet li mill-inqas 20 % tal-kontributuri x’aktarx li se jieqfu jikkontribwixxu, fi kwalunkwe sena, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju Kull sentejn, l-amministratur ta’ wieħed jew iktar mill-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti tiegħu valutazzjoni dwar ir-rappreżentattività ta’ kull parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li huwa jamministra.

2.   Kontributur għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li għandu l-intenzjoni li jħalli panel għandu jinnotifika lill-amministratur relevanti bil-miktub, li min-naħa tiegħu għandu minnufih:

(a)

jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu u

(b)

jissottometti lill-awtorità kompetenti tiegħu, sa mhux iktar tard minn 14-il jum wara d-data tan-notifika evalwazzjoni strutturali tal-implikazzjonijiet tat-tluq tall-kontributur mill-panel fir-rigward tad-daqs u r-rappreżentattività tal-panel.

3.   Malli tirċievi evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 u fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha minnufih:

(a)

tinforma lill-AETS; u

(b)

tagħmel l-evalwazzjoni tagħha stess dwar jekk il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika huwiex nieqes mir-rappreżentattività. [Dan jista’ b’mod partikolari jirriżulta minn tnaqqis fin-numru ta’ kontributuri fuq medda ta’ żmien jew minn żviluppi strutturali tas-suq.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-amministratur tikkunsidra li l-parametru referenzjarju huwa nieqes mir-rappreżentattività, hija għandħa jkollha s-setgħa li:

(a)

teżiġi mill-entitajiet taħt superviżjoni, magħżula skont il-paragrafu 5, li jikkontribwixxu dejta tal-input lill-amministratur skont l-metodoloġija, il-kodiċi tal-kondotta jew regoli oħra;

(b)

tiddetermina l-għamla li fiha, u ż-żmien sa meta, kull dejta tal-input għandha tiġi kontribwita;

(c)

tibdel il-kodiċi tal-kondotta, il-metodoloġija jew regoli oħra ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika.

(d)

titlob lil kontributur li jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jħalli panel skont il-paragrafu 2 biex jibqa’ fil-panel sakemm l-awtorità kompetenti tkun temmet l-evalwazzjoni tagħha. Dan il-perjodu ma jistax jeċċedi [4] ġimgħat mid-data tan-notifika tal-kontributuri dwar -intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-panel.”

Spjegazzjoni

Tista’ tinqala’ sitwazzjoni fejn fi kwalunkwe sena partikolari numru ta’ istituzzjonijiet fil-panel li jammonta għal inqas minn 20 % tan-numru totali tal-kontributuri jieqaf milli jikkontribwixxi dejta tal-input u fejn dak in-numru sussegwentement jiżdied iżda madankollu, fi kwalunkwe sena partikolari, in-numru ta’ terminazzjonijiet ma jilħaqx 20 % tal-kontributuri totali. F'dik is-sitwazzjoni,is-setgħat tal-awtorità kompetenti tal-amministratur biex tintervjeni taħt l-Artikolu 14 (kontribuzzjoni mandatorja) ma tkunx skattata. Il-limitu numeriku għall-iskattar ta’ dawn is-setgħat li huwa 20 % tal-kontributuri li ma jibqgħux jikkontribwixxu għandu għalhekk jiġu sostitwit minn bosta testijiet kwalitattivi bbażati fuq valutazzjoni mis-superviżur kompetenti tal-effett ta’ kull tnaqqis fid-daqs tal-panel fir-rigward tar-rappreżentttività tal-panel u tad-dejta tal-input. Dan jeħtieġ li kontributur li għandu l-intenzjoni li jitlaq mill-panel irid jinnotifika lill-amministratur minnufih. Setgħa addizzjonali hija wkoll rikjesta għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja biex tiżgura li kwalunkwe kontributur li għandu l-intenzjoni li jirtira jibqa' fil-panel sakemm din il-valutazzjoni tiġi konkluża.

Emenda 7

Artikolu 16

“1.   L-amministratur jippubblika d-dejta tal-input użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju hekk kif il-parametru referenzjarju jiġi ppubblikat ħlief meta l-pubblikazzjoni jkollha konsegwenzi negattivi serji fuq il-kontributuri jew taffettwa b’mod negattiv l-kredibbiltà jew l-integrità tal-parametru referenzjarju. F’dawn il-każijiet il-pubblikazzjoni tista’ tiġi ttardjata għal perjodu li jnaqqas b’mod sinifikanti dawn il-konsegwenzi. Ma għandha tiġi ppubblikata l-ebda dejta personali inkluża fid-dejta tal-input.

2.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċernaw miżuri biex tispeċifika aktar l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata skont il-paragrafu 1, il-mezz ta' dan il-pubblikazzjoni kif ukoll iċ-ċirkostanzi meta l-pubblikazzjoni tista’ tiġi ttardjata u l-mezzi li bihom tiġi trażmessa.”

‘1.   L-amministratur jippubblika d-dejta tal-input użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju hekk kif il-parametru referenzjarju jiġi ppubblikat ħlief meta l-pubblikazzjoni jkollha konsegwenzi negattivi serji fuq il-kontributuri jew taffettwa b’mod negattiv l-kredibbiltà jew l-integrità tal-parametru referenzjarju. F’dawn il-każijiet il-pubblikazzjoni tista’ tiġi ttardjata għal perjodu li jnaqqas b’mod sinifikanti dawn il-konsegwenzi. Ma għandha tiġi ppubblikata l-ebda dejta personali inkluża fid-dejta tal-input.

1.   Amministratur għandu jaħżen u jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tiegħu d-dejta tal-input li tintuża biex tiddetermina l-parametru referenzjarju għal perjodu ta’ [5] snin mid-data tal-pubblikazzjoni tal-parametru referenzjarju.

Meta jkun qed jaħżen id-dejta tal-input, l-amministratur għandu jkun taħt obbligu li jipproteġi kull parti ta’ dik id-dejta li hija kummerċjalment sensittiva, mngħajr ħsara għall-kunfidenzjalità tan-negozju, jew li hija dejta personali.

L-amministratur jista' jippubblika d-dejta tal-input minn kontributur li tintuża biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju bil-kunsens tal-kontributur mogħti bil-miktub minn qabel biss.

2.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċernaw miżuri biex tispeċifika aktar l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata maħżuna skont il-paragrafu 1, u l-mezz ta' dan il-pubblikazzjoni kif ukoll iċ-ċirkostanzi meta l-pubblikazzjoni tista’ tiġi ttardjata u l-mezzi li bihom tiġi trażmessa. li bih, fuq talba, jista’ jiġi trażmess jew aċċessibbli għall-awtorità kompetenti.”

Spjegazzjoni

Amministratur m’għandux ikun meħtieġ li jippubblika d-dejta tal-input, anke b’ingħajr dewmien. L-ewwel nett, din id-dejta ma jkollhiex valur addizzjonali għall-utenti. Pjuttottost, ir-regolament propost għandu jiżgura li l-utent jista’ jkun kunfidenti dwar il-preċiżjoni u laffidabbiltà tad-dejta permezz ta' mekkaniżmi ta' kontroll xierqa. It-tienit, id-dejta tal-input tista’ tinkludi dejta li hija kummerċjalment sensittiva jew suġġetta għall-kunfidenzjalità tan-negozju, pereżempju jekk id-dejta tal-volum għat-tranżazzjonijiet hija inkluża fid-dejta tal-input. Madankollu huwa neċessarju li l-amministratur iżomm id-dejta tal-input disponibbli għall-awtorità superaffidabbli uviżorja kompetenti għall-perjodu raġjonevoli sabiex jippermetti lill-awtorità tiċċekkja li d-dejta li qed tiġi kontribwita hija affidabbli u preċiża. Il-kontributur relevanti jista’ madankollu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-pubblikazzjoni tad-dejta minn qabel.

Emenda 8

Artikolu 17(1)

“(1)   L-amministratur jippubblika proċedura dwar x’azzjonijiet għandu jieħu l-amministratur f’każ ta’ bidliet jew waqfien ta’ parametru referenzjarju.”

“(1)   L-amministratur jippubblika proċedura dwar x’azzjonijiet għandu jieħu l-amministratur f’każ ta’ bidliet jew waqfien ta’ parametru referenzjarju. L-amministratur għandu jistabbilixxi wkoll fil-kodiċi tal-kondotta stipulat fl-Artikolu 9 il-proċeduri ta’ kontinġenza stabbiliti f’każ ta’ tfixkil mhux mistenni fil-parametru referenzjarju.”

Spjegazzjoni

L-inklużjoni tal-proċeduri ta' kontinġenza fost l-obbligi tal-amministratur tal-parametru referenzjarju skont il-kodiċi tal-kondotta għandha ssaħħaħ s-sodezza tal-parametru referenzjarju, tippromwovi t-trasparenza lejn il-parteċipanti tas-suq, u tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn sostitut ta’ parametru referenzjarju f’każ ta’ emerġenza; fi kliem ieħor, f’każ ta’ tfixkil serju u mhux mistenni lill-abbiltà tal-amministratur li jipprovdi l-parametru referenzjarju. Ara wkoll l-Emenda 17.

Emenda 9

Artikolu 20(1)

“1.   Parametri referenzjarji fornuti minn amministratur stabbilit f’pajjiż terz jistgħu jintużaw minn l-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 2, li tagħraf il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ dak il-pajjiż terz bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat f'dak il-pajjiż terz u jkun soġġett għal superviżjoni fih;

(c)

l-amministratur ikun innotifika lill-ESMA dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni, il-lista tal-parametri referenzjarji li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz;

(d)

l-amministratur ikun irreġistrat kif dovut skont l-Artikolu 21; u

(e)

l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma operattivi;”

“1.   Parametri referenzjarji fornuti minn amministratur stabbilit li jinsab f’pajjiż terz jistgħu jintużaw minn l-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni għal perjodu ta’ 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 2, li tagħraf il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ dak il-pajjiż terz bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament deċiżjoni li tiddikjara li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jikkonforma mal-qafas legal u l-prattika superviżorja ta’ pajjiż terz li fih jinsab l-amministratur u b’mod partikolari mal-prinċipji tal-IOSCO dwar il-parametri referenzjarji;

(b)

l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat f'dak il-pajjiż terz u jkun soġġett għal superviżjoni fih;

(c)

l-amministratur ikun innotifika lill-ESMA dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni, u il-lista tal-parametri referenzjarji li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz; u

(d)

l-amministratur ikun irreġistrat kif għandu jkun skont l-Artikolu 21; u

(e)

l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma operattivi;”

Minħabba d-diversità internazzjonali tal-metodi regolatorji tal-parametri riferenzjarji finanzjarji, l-introduzzjoni ta’ reġim ta' ekwivalena għandu jintiżen b’attenzjoni wkoll mill-perspettiva ta’ kunsiderazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja. L-introduzzjoni ta’ eżenzjoni ta’ tliet snin mir-reġim ta’ ekwivalenza għall-amministraturi tal-pajjiż terz tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika magħżulin li huma użati b’mod wiesgħa fl-Unjoni għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati. Amministraturi f’pajjiżi teriz għandhom madankollu jkunu meħtieġa li juru konformità mal-qafas legali domestiku tagħhom, il-prattika superviżorja u l-prinċipji tal-IOSCO. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-parametru referenzjajru jkun eżenti b'mod temporanju mill-obbligi ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 20(2) u (3). L-amministraturi li jibbenefikaw minn dan ir-reġim ikunu irreġistraiti b'mod separat mill-AETS (ara isfel). Sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-interessi potenzjalment kunfliġġenti tal-istabbiltà finanzjarja u t-trattament ugwali bejn l-amministraturi tal-parametru referenzjarju bbażati fl-Unjoni u dawk li mhumiex, id-differiment ta’ 3 snin għandu jiġi rivedut kull sena. Dan l-irwol jista’ jiġi mwettaq mill-AETS li jaġixxi fuq mandat mill-Kummissjoni (ara Emenda 15).

Ukoll, minħabba d-definizzjoni fl-Artikolu 3(22), li tiddefinixxi “post” l-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta’ persuna ġuridikai jew indirizz uffiċjali ieħor, it-terminoloġija ta’ “post” għandha tintuża b’mod konsistenti fit-test ta’ dan ir-regolament propost.

Emenda 10

Artikolu 20(2)(ġdid)

 

“2.   Mit-tielet anniversarju mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament il-parametri referenzjarji forniti minn amministratur stabbilit f’pajjiż terz jista’ jintuża mill-entitajiet superviżorji fl-Unjoni sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 3, li tagħraf il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ dak il-pajjiż terz bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat f'dak il-pajjiż terz u jkun soġġett għal superviżjoni fih;

(c)

l-amministratur ikun innotifika lill-AETS dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni, il-lista tal-parametri referenzjarji li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz;

(d)

l-amministratur ikun irreġistrat kif għandu jkun skont l-Artikolu 21; u

(e)

l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu huma operattivi.”

Spjegazzjoni

Ir-reġim sħiħ ta’ ekwivalenza skont l-Artikolu 20(2) jidħol fis-seħħ biss fit-tielet anniversarju mid-dħul fis-seħħ tar-regolament propost.

Emenda 11

Artikolu 20(2)

“2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tgħid li l-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a)

amministraturi awtorizzati jew reġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi ma' rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ pajjiż terz jiżgurawx il-komformità mal-prinċipji IOSCO dwar il-parametri referenzjarji finanzjarji ppubblikati fis-17 ta’ Lulju 2013; u

(b)

rekwiżiti vinkolanti huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).”

3 2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il- Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tgħid li l-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a)

amministraturi awtorizzati jew reġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi ma' rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta’ pajjiż terz jiżgurawx il-komformità mal-prinċipji IOSCO dwar il-parametri referenzjarji finanzjarji ppubblikati fis-17 ta’ Lulju 2013; u

(b)

rekwiżiti vinkolanti huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).”

Spjegazzjoni

Minħabba l-introduzzjoni proposta tar-reġim temporanju eħfef skont l-Artikolu 20(1) il-ġdid għal perjodu ta’ tliet snin, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 20(2) il-ġdid ikun rikjesta biss wara t-tielet anniversarju tad-dħul fis-seħħ tar-regolament propost.

Emenda 12

Artikolu 20(3)

“3.   L-ESMA tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja tagħhom ġew rikkonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2. Dawn l-arranġamenti jispeċifikaw tal-inqas: ...”

3 4.   L-AETS tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja tagħhom ġew rikkonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2 3. Dawn l-arranġamenti jispeċifikaw tal-inqas: ...”

Spjegazzjoni

Din hija emenda konsegwenzjali meħtieġa mill-inseriment tal-Artikolu 20(1) u (2) il-ġdid.

Emenda 13

Artikolu 20(4)

“4.   L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont dan ir-Regolament:

L-ESMA tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

4 5.   L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 4 biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont dan ir-Regolament:

L-ESMA tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

Din hija emenda konsegwenzjali meħtieġa mill-inseriment tal-Artikolu 20(1) u (2) il-ġdid.

Emenda 14

Artikolu 21(1) u (2)

“1.   L-ESMA tirreġistra l-amministraturi li jkunu nnotifikawha dwar il-kunsens tagħhom imsemmi fl-Artikolu 20(1)(c). Ir-reġistru jkun aċċessibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-ESMA u jkun fih informazzjoni dwar il-parametri referenzjarji li l-amministraturi rilevanti huma permessi jipprovdu u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

2.   L-ESMA tirtira r-reġistrazzjoni ta' amministratur imsemmija fil-paragrafu 1 mir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 meta:

(a)

L-ESMA ikollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tqis li, l-amministratur qed jaġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-utenti tal-parametri referenzjarji tiegħu jew għall-funzjonament ordnat tas-swieq; jew

(b)

l-ESMA ikollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tqis li, l-amministratur ikun kiser b'mod serju l-leġiżlazzjoni nazzjonali jew dispożizzjonijiet oħra applikabbli għalih fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni skont l-Artikolu 20(2).”

“1.   L-ESMA tirreġistra l-amministraturi li jkunu nnotifikawha dwar il-kunsens tagħhom imsemmi fl-Artikolu 20(1)(c) u l-Artikolu 20(2)(c). Ir-reġistru jkun aċċessibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-ESMA u jkun fih informazzjoni dwar il-parametri referenzjarji li l-amministraturi rilevanti huma permessi jipprovdu u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

2.   L-ESMA tirtira r-reġistrazzjoni ta' amministratur imsemmija fil-paragrafu 1 mir-reġistru relevanti msemmi fil-paragrafu 1 meta:

(a)

L-ESMA ikollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tqis li, l-amministratur qed jaġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-utenti tal-parametri referenzjarji tiegħu jew għall-funzjonament ordnat tas-swieq; jew

(b)

l-ESMA ikollha raġunijiet fondati abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tqis li, l-amministratur ikun kiser b'mod serju l-leġiżlazzjoni nazzjonali jew dispożizzjonijiet oħra applikabbli għalih fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni skont l-Artikolu 20(2) (1)(a) jew l-Artikolu 20(3).”

Spjegazzjoni

L-irwol tar-reġistratur tal-amministraturi f’pajjiż terz tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika li huma użati b’mod wiesgħa fl-Unjoni u huma suġġetti għar-reġim eħfef temporanju skont l-Artikolu 20(1) għandu wkoll ikun imwettaq mill-ESMA f’isem il-Kummissjoni.

Emenda 15

Artikolu 29(1)

“1.   Għall-amministraturi u l-kontributuri taħt superviżjoni, kull Stat Membru jaħtar l-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għat-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u jinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA bihom.”

“1.   Għall-amministraturi u l-kontributuri taħt superviżjoni, kull Stat Membru jaħtar l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti responsabbli għat-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u jinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA bihom.”

Biex jitneħħa kull dubju possibbli li r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-kondotta finanzjarja tal-istituzzjonijiet li jiġu taħt il-MSU tibqa’ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandu jiġi speċifikat li l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tkun awtorità nazzjonal kompetenti i.

Għalkemm il-membri tas-SEBĊ huma esklużi mill-kamp ta’ applikabbiltà tar-regolament propost bl-Artikolu 2(2) (a), il-BĊE jifhem li l-kompetenza tal-Istati Membri li jinnominaw il-bank ċentrali tagħhom bħala awtorità nazzjonali kompetenti ma hijiex effettwata minn din l-esklużjoni, billi l-esklużjoni tirrigwarda l-attivitajiet speċifikati skont l-Artikolu 2(1) u tiddefinixxi iktar fir-regolament propost.

Emenda 16

Artikolu 40

“Sal-1 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni tanalizza u tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan ir-Regolament u partikolarment:

(a)

il-funzjonament u l-effikaċja tar-reġim tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika u l-parteċipazzjoni obbligatorja skont l-Artikoli 13 u 14 u d-definizzjoni ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika fl-Artikolu 3;

(b)

l-effettività tar-reġim superviżorju fit-Titolu VI u tal-kulleġġi skont l-Artikolu 34, u l-adegwatezza tas-superviżjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji minn korp tal-Unjoni; u

(c)

l-valur tar-rekwiżit tal-adegwatezza skont l-Artikolu 18.”

1.   Sal-1 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni tanalizza u tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan ir-Regolament u partikolarment:

(a)

il-funzjonament u l-effikaċja tar-reġim tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika u l-parteċipazzjoni obbligatorja skont l-Artikoli 13 u 14 u d-definizzjoni ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika fl-Artikolu 3;

(b)

l-effettività tar-reġim superviżorju fit-Titolu VI u tal-kulleġġi skont l-Artikolu 34, u l-adegwatezza tas-superviżjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji minn korp tal-Unjoni; u

(c)

l-valur tar-rekwiżit tal-adegwatezza skont l-Artikolu 18.

2   . Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha kull sena tirrevedi u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament u l-effettività tar-reġim tal-ekwivalenza temporanja skont l-Artikolu 20(1). Għal dan il-għan il-Kummissjoni tista’ tagħti mandat lill-ESMA sabiex tagħmel dan ir-rapport. L-ewwel rapport għandu jkun dovut fl-[ewwel anniversarju mid-dħul fis-seħħ tar-regolament jj/xx/2015].”

Spjegazzjoni

Minħabba dan ir-reġim ta’ ekwivalenza “eħfef” propost għall-amministraturi f’pajjiż terz tal-parametri referenzjarji li huma użati b’mod wiesgħa fl-Unjoni għal perjodu temporanju ta’ tliet snin (ara l-Artikolu 20(1) il-ġdid), il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tirrapporta b’mod perjodiku dwar il-funzjonament ta’ dan ir-reġim u fuq l-oqfsa superviżorji u legali li qed jiżviluppaw fil-pajjiżi terzi fejn jinsabu l-amministraturi ta’ dawn il-parametri referenzjarji. Il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lill-ESMA sabiex twettaq dan l-eżami f'isimha.

Emenda 17

Artikolu 41

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Madankollu, l-Artikolu 13(1) u 34 japplikaw minn [sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ], bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Madankollu, l- L-Artikolu 13(1) u 34 japplikaw minn [sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ].

L-Artikolu 20(3) u (4) japplika minn [ 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Spjegazzjoni

Huwa propost li l-applikazzjoni tar-reġim ta’ ekwivalenza sħiħ għall-amministraturi f’pajjiżi terzi ta’ parametri referenzjarji użat b’mod wiesgħa fl-Unjoni tiġi posposta bi tliet snin għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, li jagħti żmien lill-pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni biex jintroduċu qafas superviżorju ekwivalenti għal dak tar-regolament propost.

Emenda 18

Paragrafu 1 ta’ Taqsima D tal-Anness I

“1.   Il-kodiċi ta’ kondotta miktub skont l-Artikolu 9 jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat li d-dejta tal-input tingħata skont l-Artikoli 7 u 8; min jista' jikkontribwixxi dejta tal-input lill-amministratur u l-proċeduri biex tiġi evalwata l-identità ta’ kontributur u ta' kwalunkwe sottomittenti u l-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe sottomittenti;

(b)

politiki li jiżguraw li l-kontributuri jipprovdu d-dejta tal-input rilevanti kollha; u

(c)

is-sistemi u l-kontrolli li l-kontributur hu meħtieġ jistabbilixxi, inklużi:

proċeduri għas-sottomissjoni tad-dejta tal-input, inklużi r-rekwiżiti għall-kontributur li jispeċifika jekk id-dejta tal-input hijiex dejta tat-tranżazzjonijiet u jekk id-dejta tal-input hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-amministratur;

politiki dwar l-użu tad-diskrezzjoni fil-forniment tad-dejta tal-input;

kwalunkwe rekwiżit għall-validazzjoni tad-dejta tal-input qabel ma tingħata lill-amministratur;

politiki taż-żamma ta' rekords;

rekwiżiti ta’ rappurtar ta' dejta tal-input suspettuża;

rekwiżiti tal-immaniġġar tal-kunflitti.”

1.   Il-kodiċi ta’ kondotta miktub skont l-Artikolu 9 jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

[....]

u

(d)

il-proċeduri ta’ kontinġenza li l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu jsegwi fil-każ tat-tfixkil serju fil-parametru referenzjarju, sabiex jippromwovi s-sodezza tal-parametru referenzjajru u jtejjeb it-trasparenza lejn l-utenti aħħarin.”

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni tal-proċeduri ta’ kontinġenza fil-livell tal-amministratur tal-parametru referenzjarju jsostni s-sodezza tal-parametru referenzjarju, jippromwovi trasparenza lejn il-parteċipanti fis-suq, u jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn paramteru referenzjarju sostitut f’każ ta’ emerġenza

Emenda 19

Paragrafu 4(a) it-tielet inċiż tal-Anness II

4.   Id-dejta tat-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a) tkun:

(a)

it-tranżazzjonijiet tal-kontributur li jikkorrispondu mar-rekwiżiti tad-dejta tal-input fil-kodiċi ta’ kondotta fi:

is-suq tad-depożiti interbankarji mhux garantiti;

swieq tad-depożiti mhux garantiti oħrajn, inklużi ċertifikati ta’ depożiti u karti kummerċjali; u

swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada ta' swieq relatati oħra, ftehimiet ta’ riakkwist, forwards tal-kambju, futures tar-rati tal-imgħax u opzjonijiet u operazzjonijiet tal-bank ċentrali.

“4.   Id-dejta tat-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a) tkun:

(a)

it-tranżazzjonijiet tal-kontributur li jikkorrispondu mar-rekwiżiti tad-dejta tal-input fil-kodiċi ta’ kondotta fi:

is-suq tad-depożiti interbankarji mhux garantiti;

swieq tad-depożiti mhux garantiti oħrajn, inklużi ċertifikati ta’ depożiti u karti kummerċjali; u

swieq relatati oħra bħas-swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada ta' swieq relatati oħra, ftehimiet ta’ riakkwist, forwards tal-kambju, u futures tar-rati tal-imgħax u opzjonijiet u operazzjonijiet tal-bank ċentrali.”

Spjegazzjoni

It-terminu “operazzjonijiet tal-bank ċentrali” mhuwiex iddefinit allura l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu mhuwiex ċar. Madankollu, id-dejta dwar it-tranżazzjonijiet bejn il-banek ċentrali u l-membri tal-panel fi ħdan il-qafas tal-politika monetarja m'għandhiex tiġi użata mill-kontributuri għall-finijiet ta' kontribuzzjoni għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju, billi d-divulgazzjoni ta’ din id-dejta tista’ tikkomprometti l-abbiltà tal-banek ċentrali biex effettivament jikkomunikaw il-politika monetarja”. Barra minn hekk, l-użu tad-dejta relatata ma’ dawn l-operazzjonijiet tista’ tipprovdi inċentivi inadegwati għall-kontropartijiet biex jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja u għalhekk ixekklu l-implimentazzjoni tajba tal-politika monetarja. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-fondi tal-investiment proprji tal-banek ċentrali, il-volum tagħhom huwa żgħir meta mqabbel u dawn l-operazzjonijiet huma għalhekk sors ta' dejta anqas sinifikanti fuq is-suq tal-finanzjament bl-ingrossa.

Emenda 20

Paragrafu 6 tal-Anness II

Trasparenza tad-Dejta tal-Input

6.   Jekk id-dejta tal-input tkun stimi, l-amministratur jippubblika d-dejta tal-input tliet xhur wara li tkun ingħatat, inkella d-dejta tal-input tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 16.”

Trasparenza tad-Dejta tal-Input

6.   Jekk id-dejta tal-input tkun stimi, l-amministratur jippubblika d-dejta tal-input tliet xhur wara li tkun ingħatat, inkella d-dejta tal-input tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 16.

Spjegazzjoni

Minħabba t-tħassir propost tad-dmir tal-amministraturi li jippubblikaw id-dejta tal-input – ara Emenda 7 – dan il-paragrafu m'għadux meħtieġ. Barra minn dan, m’hemmx raġuni ċara għat-trattament tad-dejta tal-input li huma stimi differenti mid-dejta tal-input li huma dejta tat-tranżazzjoni fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


Top