EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2013J0015

Sentenza tal-Qorti tas- 6 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża E-15/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE biex jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur)

OJ C 88, 27.3.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/14


SENTENZA TAL-QORTI

tas-6 ta' Diċembru 2013

fil-Kawża E-15/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

(Nuqqas minn Stat taż-ŻEE biex jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur)

2014/C 88/11

Fil-kawża E-15/13, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li bin-nuqqas ta' adozzjoni, jew ta' notifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi f'punt 7d tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur), kif adattata mill-Ftehim bi Protokoll 1 tagħha, fiż-żmien preskritt, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat is-sentenza fis-6 ta' Diċembru 2013, li l-parti operattiva tagħha hija kif imiss:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi f'punt 7d tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


Top