EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2013J0010
Judgment of the Court of 15 November 2013 in Case E-10/13 — EFTA Surveillance Authority v Iceland (Failure by an EEA/EFTA State to fulfil its obligations — Directive 2006/54/EC of the European Parliament and of the Council of 5 July 2006 on the implementation of the principle for equal opportunities and equal treatment of men and women in matters of employment and occupation)
Sentenza tal-Qorti tal- 15 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża E-10/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid))
Sentenza tal-Qorti tal- 15 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża E-10/13 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid))
OJ C 88, 27.3.2014, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/10 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-15 ta’ Novembru 2013
fil-Kawża E-10/13
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid))
2014/C 88/07
Fil-Kawża E-10/13, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset, fiż-żmien preskritt, milli tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 (1) (a) - (d) u 2 (2) (a) - (b) tal-Att imsemmi fil-punt 21 b tal-Anness XVIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju għal opportunitajiet indaqs u trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta' impjiegi u x-xogħol (tfassil mill-gdid), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll I tiegħu, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Att, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Rapporteur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fil-15 ta' Novembru 2013, li l-parti operativa tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
(1) |
Tiddikjara li, billi naqset milli timplimenta b'mod korrett l-Artikolu 2 (1) (a) - (d) u l-Artikolu 2 (2) (a) - (b) tal-Att imsemmi fil-punt 21 b tal-Anness XVIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan l-Att. |
(2) |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri. |