EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0678

Kawża T-678/13: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

OJ C 85, 22.3.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/20


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

(Kawża T-678/13)

2014/C 85/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance Européenne des Mouvements Nationaux (AEMN) (Matzenheim, Franza) (rappreżentant: J. P. Le Moigne, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-partijiet

tannulla d-Deċiżjoni Nru 110655, tal-14 ta’ Ottubru 2013, li stabbiliet l-allokazzjoni definittiva, mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għas-sena 2012, għas-somma ta’ EUR 186 292,12 u konsegwentement iddeċiediet li l-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għandha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 45 476,00 peress li somma ta’ EUR 231 412,80 diġà ngħatat lill-assoċjazzjoni rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas l-ispejjeż kollha u li jħallas għal dan il-għan somma ta’ EUR 20 000,000 lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tal-att, peress li l-firmatarju tiegħu ma kellu ebda delega sabiex jieħu, jiffirma u jinnotifika d-deċiżjoni kkontestata.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti proċedurali, peress li l-Parlament ma tax lir-rikorrenti l-opportunità li jikkummentaw dwar l-irregolaritajiet ikkonstatati.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-istat tad-dritt, sa fejn:

il-kontribuzzjonijiet in natura huma metodu regolari ta’ finanzjament;

ir-rikorrenti sofra trattament diskriminatorju tal-baġit tagħha meta mqabbla mal-partiti politiċi Ewropej l-oħra;

id-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ miżura individwali sfavorevoli ma ġiex irrispettat.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li l-Parlament uża restrizzjonijiet finanzjarji sabiex jillimita l-mezzi ta’ azzjoni ta’ partit politiku li uħud mill-membri tiegħu ma jaqblux mal-ideali tiegħu.


Top