EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0362

Kawża C-362/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Protezzjoni ġudizzjarja — Prinċipju ta’ effettività — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament — Rimedji ġudizzjarji — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Tnaqqis tat-terminu ta’ preskrizzjoni tar-rimedji ġudizzjarji applikabbli mingħajr avviż minn qabel u b’mod retroattiv)

OJ C 52, 22.2.2014, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-362/12) (1)

(Protezzjoni ġudizzjarja - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament - Rimedji ġudizzjarji - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Tnaqqis tat-terminu ta’ preskrizzjoni tar-rimedji ġudizzjarji applikabbli mingħajr avviż minn qabel u b’mod retroattiv)

2014/C 52/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation

Konvenuti: Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court of the United Kingdom — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 63 TFUE — Taxxi nazzjonali li jmorru kontra d-dritt Komunitarju — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament — Koeżistenza, fid-dritt nazzjonali, ta’ żewġ rimedji alternattivi disponibbli għall-persuni taxxabbli sabiex jitolbu r-rimbors ta’ somom dovuti, fejn wieħed għandu terminu għall-preżentata ta’ rikors itwal mill-ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tnaqqas, b’effett retroattiv u mingħajr avviż minn qabel, l-itwal terminu — Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Dispożittiv

(1)

F’sitwazzjoni fejn il-persuni taxxabbli, skont id-dritt nazzjonali, ikunu jistgħu jagħżlu bejn żewġ rimedji ġudizzjarji possibbli għall-ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, fejn wieħed minn dawn ir-rimedji jkollu terminu ta’ preskrizzjoni itwal, il-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali tnaqqas dan it-terminu ta’ preskrizzjoni mingħajr avviż minn qabel u b’mod retroattiv.

(2)

Ma huwiex rilevanti għar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda l-fatt li, fil-mument li fih il-persuna taxxabbli ressqet l-azzjoni tagħha, il-possibbiltà li jintuża r-rimedju ġudizzjarju li joffri t-terminu ta’ preskrizzjoni itwal kienet ġiet irrikonoxxuta biss reċentement minn qorti inferjuri u li din il-possibbiltà kienet ikkonfermata biss sussegwentement mill-ogħla awtorità ġudizzjarja.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


Top