EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0533

Kawża C-533/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fid- 9 ta’ Ottubru 2013 — Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Öljytuote ry, Shell Aviation Finland Oy

OJ C 352, 30.11.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fid-9 ta’ Ottubru 2013 — Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Öljytuote ry, Shell Aviation Finland Oy

(Kawża C-533/13)

2013/C 352/18

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Työtuomioistuin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry

Konvenuti: Öljytuote ry, Shell Aviation Finland Oy

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (2008/104/KE (1)) dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-qrati, obbligu kontinwu li jiżguraw, permezz tal-miżuri għad-dispożizzjoni tagħhom, li ma jeżistux dispożizzjonijiet legali jew klawżoli ta’ ftehim kollettivi nazzjonali li jiksru r-regoli ffissati mid-Direttiva, jew, jekk jeżistu, li dawn ma jiġux applikati?

(2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjonali nazzjonali li skont din l-impjieg ta’ ħaddiema provviżorji huwa awtorizzat biss f’ċerti każijiet preċiżi bħall-assorbiment ta’ żieda fix-xogħol jew xogħlijiet li impriża ma tkunx tista’ teżegwixxi permezz tal-impjegati tagħha stess? Huwa possibbli li jiġi kklassifikat bħala użu illegali tax-xogħol provviżjoru r-reklutaġġ matul perijodu twil ta’ ħaddiema provviżorji għall-attivitajiet ordinarji tal-impriża, flimkien mal-impjegati tagħha stess?

(3)

Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija ddikjarata li tmur kontra d-Direttiva, liema huma l-miżuri li qorti għandha sabiex twettaq l-għanijiet tad-Direttiva, meta tkun inkwistjoni klawżola kollettiva li tapplika fir-relazzjonijiet bejn partijiet privati?


(1)  Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, p. 9).


Top