EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0506

Kawża C-506/13 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Settembru 2013 minn Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro A. E. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid- 9 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-552/11, Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

OJ C 344, 23.11.2013, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/50


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 minn Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro A. E. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-552/11, Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-506/13 P)

2013/C 344/88

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro A.E. (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell;

tannulla s-sentenza Nru 575925 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Lulju 2013, fil-Kawża T-552/11;

tisma’ u tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża inkwistjoni; inkella tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex hija teżaminaha fuq il-mertu;

tiċħad il-kontrotalba tal-Kummissjoni fl-aspetti kollha tagħha li tqajmu b’mod li huwa, bħala prinċipju, għal kollox inammissibbli u li huma, f’kull każ, infondati;

tilqa’ r-rikors għal annullament tal-24 ta’ Ottubru 2011 ippreżentat minn “Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro”, kontra n-nota ta’ debitu Nru 3241109207, maħruġa fid-9 ta’ Settembru 2011;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 3241109207, tal-Kummissjoni, għal ammont ta’ EUR 83 001,09;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Applikazzjoni żbaljata ta’ dispożizzjoni legali, jiġifieri dik rigward in-nuqqas ta’ rikonixximent tan-natura eżekuttiva tan-nota ta’ debitu, minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni ma wżatx il-prerogattivi tagħha ta’ awtorità pubblika u li n-nota ta’ debitu għandha bħala għan l-eżerċizzju ta’ drittijiet li l-Kummissjoni tiddeduċi mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt, u b’hekk wettqet applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjoni legali.

(2)

Żball ta’ liġi, jiġifieri applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “somma mħallsa indebitament”. Il-Qorti Ġenerali interpretat il-kuntratt b’mod żbaljat u abbużiv f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ ħlas indebitu.

(3)

Ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni inkwantu l-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma ħadet inkunsiderazzjoni l-argumenti ta’ “Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro” f’dak li jirrigwarda l-interessi moratorji. Il-Qorti Ġenerali ffissat illegalment id-data li minnha jibdew jiddekorru l-interessi bħala l-jum wara d-data tal-ħlas speċifikata fin-nota ta’ debitu.

(4)

Applikazzjoni ta’ kriterji ġuridiċi inkorretti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-provi mill-Qorti Ġenerali. B’mod żbaljat, il-Qorti Ġenerali kkontestat is-sigħat ta’ xogħol tal-impjegati.

(5)

Żball ta’ liġi u applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjoni legali għall-fatti. Il-Qorti Ġenerali ma applikatx id-dispożizzjoni legali korretta għall-fatti invokati relatati man-natura ġuridika u mal-funzjonament tat-time sheets (skedi tal-ħinijiet tax-xogħol).

(6)

Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni f’dak li jirrigwarda r-regoli proċedurali li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tad-difiża u l-opportunitajiet ugwali bejn il-Kummissjoni u “Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro”. Il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li t-time sheets ippreżentati ma jikkorrispondux għar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt, u, għaldaqstant, iddeċiedet li għandhom jiġu miċħuda inkwantu mezzi ta’ prova; it-tieni nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-korrispondenza ppreżentata ma setgħetx turi l-ħin ta’ xogħol effettivament iddedikat għall-proġett mill-persuni impjegati.

(7)

Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tan-natura ġuridika tal-metodi ta’ evalwazzjoni tal-ispejjeż (Cost Models).

(8)

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ użu ħażin ta’ poteri mill-Kummissjoni Ewropea.

(9)

Applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjoni legali għall-fatti, sa fejn hija wasslet għal evalwazzjoni ġudizzjarja żbaljata li tiċħad l-argument ta’ “Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro” dwar nuqqas ta’ motivazzjoni fin-nota ta’ debitu kkontestata.

(10)

Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma qisitx li l-Kummissjoni, meta kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, xejjnet ix-xogħol kollu ta’ riċerka ta’ “Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro”, billi vvalidat id-devjazzjonijiet formali kollha mwettqa meta mqabbla mal-allegata proċedura korretta u billi talbet is-somom mħallsa kollha.


Top