EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0492

Kawża C-492/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Conseil national de l’ordre des médecins vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre des Affaires sociales et de la Santé (Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Professjoni ta’ dentist — Natura speċifika u distinzjoni mill-professjoni ta’ tabib — Taħriġ komuni)

OJ C 344, 23.11.2013, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/36


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Conseil national de l’ordre des médecins vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

(Kawża C-492/12) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Professjoni ta’ dentist - Natura speċifika u distinzjoni mill-professjoni ta’ tabib - Taħriġ komuni)

2013/C 344/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Conseil national de l’ordre des médecins

Konvenuti: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

Fil-preżenza ta’: Conseil national de l’ordre des chirurgiens-dentistes

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22) — Speċifiċità u distinzjoni tal-professjoni ta’ dentist meta mqabbla mal-professjoni ta’ tabib — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi formazzjoni universitarja komuni għall-istudenti tal-mediċina u tad-dentistrija — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni li twassal għall-prattika tal-istess speċjalità minn tobba u dentisti

Dispożittiv

(1)

(a)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix il-ħolqien, minn Stat Membru, ta’ taħriġ speċjalizzat, kemm fil-qasam mediku kif ukoll fil-qasam tad-dentistrija, li t-titolu tiegħu ma jikkorrispondix għal dawk imniżżla, għal dak li jikkonċerna dan l-Istat Membru, fl-Anness V ta’ din id-direttiva. Tali taħriġ speċjalizzat jista’ jkun miftuħ kemm għall-persuni li jkunu segwew biss taħriġ mediku bażiku kif ukoll għal dawk li jkunu lestew u vvalidaw unikament l-istudji fil-kuntest tat-taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija.

(b)

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika:

jekk l-imsemmi taħriġ speċjalizzat, sa fejn dan ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 34 ta’ din id-direttiva għal dak li jikkonċerna l-korsijiet ta’ taħriġ bażiku bħala tabib jew bħala prattikant tad-dentistrija, ma jwassalx għall-għoti ta’ dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ mediku bażiku jew ta’ dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija, u

jekk id-dokument mogħti wara t-tlestija tal-imsemmi taħriġ speċjalizzat ma jawtorizzax li tiġi eżerċitata l-professjoni bażika ta’ tabib jew ta’ prattikant tad-dentistrija mill-persuni li ma għandhomx, rispettivament, id-dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ mediku bażiku jew ta’ dokument ta’ prova ta’ kwalifiki formali maħruġ wara taħriġ bażiku bħala prattikant tad-dentistrija.

(2)

Id-Direttiva 2005/36, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1137/2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li s-suġġetti li jaqgħu taħt il-qasam mediku jifformaw parti minn taħriġ speċjalizzat fil-qasam tad-dentistrija.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


Top