EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0005

Kawża C-5/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social n °1 de Lleida — Spanja) — Betriu Montull, Marc vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew qed ireddgħu — Artikolu 8 — Leave tal-maternità — Direttiva 76/207/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Artikolu 2(1) u (3) — Dritt għal-leave favur ommijiet impjegati wara t-twelid ta’ tarbija — Użu possibbli mill-omm impjegata jew mill-missier impjegat — Omm mhux impjegata u mhux imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali — Esklużjoni tad-dritt tal-leave għall-missier impjegat — Missier bijoloġiku u missier adottiv — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

OJ C 344, 23.11.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Lleida — Spanja) — Betriu Montull, Marc vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-5/12) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew qed ireddgħu - Artikolu 8 - Leave tal-maternità - Direttiva 76/207/KEE - Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Artikolu 2(1) u (3) - Dritt għal-leave favur ommijiet impjegati wara t-twelid ta’ tarbija - Użu possibbli mill-omm impjegata jew mill-missier impjegat - Omm mhux impjegata u mhux imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali - Esklużjoni tad-dritt tal-leave għall-missier impjegat - Missier bijoloġiku u missier adottiv - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

2013/C 344/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Lleida

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Betriu Montull, Marc

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Lleida — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187) u tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEE u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi d-dritt għal leave minħabba rdigħ favur l-omm għal sitt ġimgħat wara t-twelid — Dritt għal leave tal-missier impjegat — Kundizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi d-dritt għall-missirijiet impjegati adottivi, u mhux għall-missirijiet bijoloġiċi, li jissospendu l-kuntratt ta’ xogħol tagħhom filwaqt li jżommu l-post tax-xogħol tagħhom u li r-remunerazzjoni tagħhom titħallas mis-sigurtà soċjali — Ksur tal-prinċpiju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li missier il-wild, li għandu l-istatus ta’ impjegat, jista’, bil-kunsens tal-omm li għandha wkoll l-istatus ta’ impjegata, jibbenefika minn leave tal-maternità għall-perijodu ta’ wara s-sitt ġimgħat ta’ mistrieħ obbligatorju li l-omm għandha tieħu wara t-twelid, bl-eċċezzjoni tal-każijiet fejn ikun hemm perikolu għas-saħħa tal-omm, filwaqt li missier il-wild li għandu l-istatus ta’ impjegat ma jistax jibbenefika minn tali leave meta omm il-wild tiegħu ma jkollhiex l-istatus ta’ impjegata u ma tkunx imsieħba fi skema pubblika ta’ sigurtà soċjali.


(1)  ĠU C 98, 31.3.2012.


Top