EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FA0111
Case F-111/12: Judgment of the Civil Service Tribunal (Third Chamber) of 2 October 2013 — Nardone v Commission (Civil Service — Former official — Exposure to asbestos and to other substances — Occupational disease — Accident — Article 73 of the Staff Regulations — Medical Committee — Reasons — Action for damages — Length of the proceedings)
Kawża F-111/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 2 ta’ Ottubru 2013 — Nardone vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ex uffiċjal — Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra — Mard ikkaġunat mix-xogħol — Inċident — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Kumitat Mediku — Motivazzjoni — Rikors għad-danni — Tul tal-proċeduri)
Kawża F-111/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 2 ta’ Ottubru 2013 — Nardone vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ex uffiċjal — Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra — Mard ikkaġunat mix-xogħol — Inċident — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Kumitat Mediku — Motivazzjoni — Rikors għad-danni — Tul tal-proċeduri)
OJ C 336, 16.11.2013, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 336, 16.11.2013, p. 30–30
(HR)
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/31 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2013 — Nardone vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/12) (1)
(Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Inċident - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kumitat Mediku - Motivazzjoni - Rikors għad-danni - Tul tal-proċeduri)
2013/C 336/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Albert Nardone (Piétrain, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku li ddeċieda dwar ir-rata ta’ invalidità tar-rikorrent u dwar il-fatt li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol.
Dispożittiv
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A. Nardone l-interessi moratorji għall-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2006 u l-15 ta’ Lulju 2010 fuq l-ammont ta’ EUR 8 448,51 bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu inkwistjoni, miżjuda b’żewġ punti, kif ukoll is-somma ta’ EUR 3 000. |
(2) |
Il-kumplament tat-talbiet tal-appell huwa miċħud. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż imġarrba minn A. Nardone. |
(4) |
A. Nardone għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu. |
(1) ĠU C 379, 8.12.2012, p. 35.