EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0327

Kawża C-327/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fis- 17 ta’ Ġunju 2013 — Burgo Group SpA vs Illochroma SA, fi stalċ, Jérôme Theetten, li jaġixxi bħala likwidatur tal-kumpannija Illochroma SA

OJ C 226, 3.8.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 226, 3.8.2013, p. 4–4 (HR)

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Burgo Group SpA vs Illochroma SA, fi stalċ, Jérôme Theetten, li jaġixxi bħala likwidatur tal-kumpannija Illochroma SA

(Kawża C-327/13)

(2013/C 226/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Burgo Group SpA

Konvenuta: Illochroma SA, fi stalċ, Jérôme Theetten, li jaġixxi bħala likwidatur tal-kumpannija Illochroma SA

Domandi preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 [tad-29 ta’ Mejju 2000] dwar proċedimenti ta’ falliment (1), b’mod partikolari fl-Artikoli 3, 16, 27, 28 u 29 tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li:

(a)

“stabbiliment” imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandu jinftiehem bħala fergħa tad-debitur li nfetħu kontrih il-proċedimenti prinċipali u jipprekludi li, fil-kuntest tal-istralċ fl-istess waqt ta’ diversi kumpanniji li jagħmlu parti mill-istess grupp, dawn jistgħu jkunu s-suġġett ta’ proċedimenti sekondarji fl-Istat Membru li fih huma għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom, għaliex għandhom personalità ġuridika?

(b)

il-persuna jew awtorità li tista’ titlob il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji għandu jkollha d-domiċilju jew l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju tal-qorti tal-Istat Membru li quddiemha jintalbu dawn il-proċedimenti jew dan id-dritt għandu jiġi rriżervat għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, sakemm juru l-eżistenza ta’ rabta legali mal-istabbiliment ikkonċernat?

(c)

ladarba l-proċedimenti prinċipali ta’ falliment huma proċedimenti ta’ stralċ, il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment ta’ stabbiliment jista’ jiġi ordnat biss jekk jissodisfa kriterji ta’ espedjenza li jitħallew għall-evalwazzjoni tal-qorti tal-Istat Membru li quddiemha jitressqu l-proċedimenti sekondarji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.


Top