EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0194

Kawża C-194/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil- 15 ta’ April 2013 — Esso Italiana srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo Economico

OJ C 207, 20.7.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 207, 20.7.2013, p. 3–3 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-15 ta’ April 2013 — Esso Italiana srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-194/13)

2013/C 207/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Esso Italiana srl

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo Economico

Domandi preliminari

(1)

Il-protezzjoni tal-kompetizzjoni libera, tal-moviment liberu tal-impriżi, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (previsti fl-Artikolu 4(3) TUE u fl-Artikoli 101, 49, 56 u 96 TFUE) hija kompatibbli, u sa fejn, ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi spejjeż minimi tal-operat fis-settur tat-trasport bit-triq li jinvolvu l-iffissar, permezz ta’ fatturi esterni, ta’ element kostituttiv tar-remunerazzjoni għas-servizz u, għalhekk, tal-prezz kuntrattwali?

(2)

Limitazzjonijiet għall-imsemmija prinċipji jistgħu jkunu ġġustifikati, u taħt liema kundizzjonijiet, mill-ħtieġa li jiġi ssalvagwardat l-interess pubbliku tas-sigurtà fit-toroq, u dan l-għan jista’ jiġġustifika l-iffissar ta’ spejjeż minimi tal-operat kif jipprovdu r-regoli stabbiliti bl-Artikolu 83a tad-Digriet-Liġi Nru 112/2008 kif emendat?

(3)

F’din il-perspettiva, l-iffissar ta’ spejjeż minimi tal-operat jista’ jsir permezz ta’ ftehim settorjali konklużi bejn l-operaturi kkonċernati u, sussidjarjament, permezz ta’ organi magħmula fil-parti l-kbira tagħhom minn persuni li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi privati tas-settur, fl-assenza ta’ kriterji stabbiliti minn qabel fuq livell leġiżlattiv?


Top