EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0231

Kawża T-231/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ April 2013 — Wepa Lille vs Il-Kummissjoni

OJ C 171, 15.6.2013, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Wepa Lille vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-231/13)

2013/C 171/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wepa Lille (Bousbecque, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


Top