EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0169

Kawża T-169/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2013 — Benelli Q.J. vs UASI — Demharter (MOTO B)

OJ C 147, 25.5.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/27


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2013 — Benelli Q.J. vs UASI — Demharter (MOTO B)

(Kawża T-169/13)

2013/C 147/48

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: (Benelli Q.J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentant: P. Lukácsi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut u tirrinvija l-każ quddiem l-UASI sabiex huwa jeżamina l-każ mill-ġdid u jiddeċiedi mill-ġdid minħabba l-fatt li t-trade marks preċedenti tar-rikorrenti għandhom jitqiesu bħala trade marks preċedenti fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u għalhekk teżamina fil-mertu l-oppożizzjoni tar-rikorrenti bbażata fuq il-probabbiltà ta’ konfużjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “MOTO B” li qed titlob il-kuluri iswed, abjad, aħmar, deheb, aħdar, kannella u griż għal prodotti fil-klassijiet 9, 12 u 25 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 780 926

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi Taljani mhux irreġistrati magħrufin sew “MOTOBI”et al.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


Top