EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0080
Case C-80/13: Request for a preliminary ruling from the Supreme Administrative Court (Nejvyšší správní soud) (Czech Republic) lodged on 15 February 2013 — ACO Industries Tábor s. r. o. v Appellate Tax Directorate (Odvolací finanční ředitelství)
Kawża C-80/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil- 15 ta’ Frar 2013 — ACO Industries Tábor, s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství
Kawża C-80/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil- 15 ta’ Frar 2013 — ACO Industries Tábor, s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství
OJ C 147, 25.5.2013, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Frar 2013 — ACO Industries Tábor, s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-80/13)
2013/C 147/14
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ACO Industries Tábor, s.r.o.
Konvenut: Odvolací finanční ředitelství
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikoli 18, 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni li tipprevedi li l-persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru għandha l-obbligu li tagħmel ħlas bil-quddiem ta’ taxxa fuq id-dħul tal-impjegati (ċittadini ta’ Stat Membru ieħor) li huma temporanjament disponibbli għaliha minn aġenzija tax-xogħol temporanju stabbilita fit-tieni Stat Membru permezz ta’ fergħa stabbilita fl-ewwel Stat Membru? |
(2) |
L-Artikoli 18, 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni li tipprevedi li l-bażi tat-taxxa fuq id-dħul tal-impjegati hija kkalkolata skont rata fissa ta’ mill-inqas 60 % tal-ammont iffatturat mill-aġenzija tax-xogħol temporanju fil-każijiet fejn dan l-ammont jinkludi wkoll ir-remunerazzjoni għas-servizz ta’ intermedjarju? |
(3) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda, huwa possibbli, f’sitwazzjoni bħal dik ineżami, li l-libertajiet fundamentali ċċitati iktar ’il fuq jiġu ristretti billi jiġu invokati raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika, jew ukoll, skont il-każ, l-effikaċja tal-kontroll fiskali? |