EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0587

Kawża T-587/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Marzu 2013 — Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-banana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni — Kunċett ta’ prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv — Rabta kawżali bejn il-ftehim u l-aġir tal-impriżi fis-suq — Ksur wieħed — Imputazzjoni tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Multi — Gravità tal-ksur — Kooperazzjoni — Ċirkustanzi attenwanti” )

OJ C 123, 27.4.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2013 — Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-banana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni - Kunċett ta’ prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv - Rabta kawżali bejn il-ftehim u l-aġir tal-impriżi fis-suq - Ksur wieħed - Imputazzjoni tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Multi - Gravità tal-ksur - Kooperazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti)

2013/C 123/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliz

Partijiet

Rikorrenti: Fresh Del Monte Produce, Inc (George Town, Gżejjer Cayman, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment B. Meyring, avukat, u E. Verghese, solicitor, sussegwentement B. Meyring)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Kellerbauer, A. Biolan u X. Lewis, sussegwentement M. Kellerbauer, A. Biolan, u P. Van Nuffel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rinne, avukat, C. Humpe u S. Kon, solicitors, u C. Vajda, QC.

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni C(2008) 5955 finali tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.188 — Banana), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5955, tal 15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.188 — Banana), huwa ffissat għal EUR 8.82 miljun.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Fresh Del Monte Produce, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti ta’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

(4)

Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009


Top