EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0064
Case T-64/13: Action brought on 4 February 2013 — ANKO v Commission
Kawża T-64/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta Frar 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni
Kawża T-64/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta Frar 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni
OJ C 86, 23.3.2013, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/27 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta Frar 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-64/13)
2013/C 86/46
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopion, Emporiou kai Viomikhanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Khristianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu tirrimborsa, bħala somma mhux dovuta, l-ammont li l-Kummissjoni kienet ħallsitha għall-proġett DOC@HAND; |
— |
tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu tħallas id-danni lill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-Kuntratt Nru 508015 għall-implementazzjoni tal-proġett “Knowledge Sharing and Decision Support for Healthcare Professionals” (DOC@HAND), skont l-Artikolu 272 TFUE. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm hija wettqet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni, bi ksur tal-imsemmi kuntratt, tal-prinċipju ta’ bona fede, tal-projbizzjoni mill-abbuż ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, talbet mingħand ANKO rimbors tal-ammonti li tħallsu lilha.
Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li ma hijiex obbligata tirrimborsa bħala somma mhux dovuta l-ammont kollu mħallas lilha mill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND u, it-tieni nett, li ma hijiex obbligata tħallas id-danni lill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND.