EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0046
Case T-46/13: Action brought on 28 January 2013 — Sabores de Navarra v OHIM — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)
Kawża T-46/13: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Jannar 2013 — Sabores de Navarra vs UASI — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)
Kawża T-46/13: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Jannar 2013 — Sabores de Navarra vs UASI — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)
OJ C 86, 23.3.2013, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/24 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — Sabores de Navarra vs UASI — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)
(Kawża T-46/13)
2013/C 86/40
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sabores de Navarra, AIE (Pamplona, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u O. González Fernández, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frutas Solano, SA (Calahorra, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Novembru 2012, fil-Każijiet R 2542/2011-2 u R 2550/2011-2; |
— |
konsegwentement, tapplika d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2011, mogħtija mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI, fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 4633 C; din id-deċiżjoni tiddikjara l-invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja Nru 5042346 “KIT, EL SABOR DE NAVARRA” (verbali) fil-klassi 29 għal: “Frott u ħaxix ippreservat, imnixxef u msajjar; ġèli, ġammijiet, frott ippreservat jew misjur fix-xropp; li kollha joriġinaw minn Navarra” u fil-klassi 30 għal: “ikel tal-għaġina u ħlewwiet, għasel, għasel iswed; zlazi (kondimenti); ħwawar”; |
— |
tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti li jordnaw lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni korrispondenti tal-UASI tiddikjara mill-ġdid bħala invalidi l-prodotti indikati fil-punt preċedenti; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “KIT, EL SABOR DE NAVARRA” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 33 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 5 042 346
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Frutas Solano, SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva bl-element verbali “Sabores de Navarra La Sabiduría del Sabor” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 33, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ta’ Frutas Solano, SA milqugħ parzjalment u deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment, appell tar-rikorrenti miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament; |
— |
ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009 |