EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0037

Kawża T-37/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)

OJ C 86, 23.3.2013, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/23


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)

(Kawża T-37/13)

2013/C 86/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exakt Advanced Technologies GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Bismarck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Exakt Precision Tools Ltd (Aberdeen, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 1764/2011-1;

tikkundanna l-intervenjenti għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-kuntest tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXAKT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 37 — Trade mark Komunitarja Nru 3 996 592

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Exakt Precision Tools Ltd

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXAKT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8 u 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009


Top