EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0347

Kawża T-347/12 P: Appell ippreżentat fit- 8 ta’ Jannar 2013 minn Dana Mocová mis-sentenza mogħtija fit- 13 ta’ Ġunju 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-41/11, Mocová vs Il-Kummissjoni

OJ C 86, 23.3.2013, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/17


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2013 minn Dana Mocová mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Ġunju 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-41/11, Mocová vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/12 P)

2013/C 86/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dana Mocová (Praga, Ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża F-41/11, Dana Mocová vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal tiġdid tal-kuntratt tal-appellanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-prinċipju ta’ legalità, billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) kkunsidra, minn naħa waħda, li r-raġuni mogħtija mill-Awtorità awtoriżżata biex tikkonkludi l-kuntratti (iktar ’il quddiem “AATK”) fl-istadju taċ-ċaħda tal-ilment tista’ tissostitwixxi u temedna r-raġuni mogħtija waqt iċ-ċaħda tat-talba tal-appellanti tal-estensjoni tal-kuntratt tagħha bħala aġent temporanju u, min-naħa l-oħra, billi t-TSP qies li r-raġuni hija valida minkejja li hija bbażata fuq elementi stabiliti wara l-att ikkontestat. L-appellanti ssostni li:

għalkemm, fil-każ inkwistjoni, il-kuntratt tal-appellanti ma ġiex imġedded minħabba r-regola antikumulu ta’ tmien snin, l-AATK ma tistax sussegwentement issostni fir-risposta għall-ilment li l-kuntratt ma kienx ġie mġedded minħabba limitazzjonijiet baġitarji, raġunijiet relatati mal-appellanti u l-interess tad-dipartiment sabiex iktar tard tillimita, quddiem it-Tribunal, din ir-raġuni għal limitazzjonijiet baġitarji.

it-TSP huwa, għal kuntrarju ta’ dak li huwa stabbilit fil-punt 50 tas-sentenza appellata, obbligat li jeżamina l-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra r-regola ta’ tmien snin, raġuni li kienet ingħatat fil-mument taċ-ċaħda tat-talba għal estensjoni tal-kuntratt bħala aġent temporanju.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, billi t-TSP ikkunsidra li l-AATK kienet ħadet id-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-interess tad-dipartiment filwaqt li t-TSP ikkonstata li l-Kummissjoni rrikonoxxiet waqt is-seduta li l-limitazzjonjiet baġitarji biss setgħu jiġu invokati sabiex jimmotivaw l-att ikkontestat fl-ewwel istanza. L-appellanti barra minn hekk issostni li t-TFP naqas milli josserva l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-obbligu li jeżamina l-ksur kollu tad-drittijiet allegati quddiemu billi ma għamel l-ebda riferiment għall-argument tal-appellanti dwar il-kontradizzjoni bejn ir-raġuni dwar it-tnaqqis ta’ postijiet għal raġunijiet baġitarji u l-ftuħ ta’ postijiet ġodda bħala aġenti temporanji fil-grad AD9.


Top