EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0527

Kawża C-527/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

OJ C 26, 26.1.2013, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-527/12)

2013/C 26/68

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, F. Erlbacher, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 288 TFUE, l-Artikolu 108(2) TFUE, il-prinċipju ta’ effettività, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Mejju 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), kif ukoll taħt l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/471/UE tal-14 ta’ Diċembru 2010, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria (C 38/05 (ex NN 52/04)) (2), billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tippermetti l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat mogħtija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 288 TFUE, l-Artikolu 108(2) TFUE, il-prinċipju ta’ effettività, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, kif ukoll taħt l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/471/UE, tal-14 ta’ Diċembru 2010, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria (C 38/05 (ex NN 52/04)), billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tippermetti l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat mogħtija.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-mezz magħżul mill-konvenuta għall-finijiet tal-irkupru tal-għajnuna, jiġifieri l-fatt li tinvoka dritt ta’ natura ċivili u li tressaq azzjoni għal eżekuzzjoni, quddiem il-qrati ċivili Ġermaniżi, ma huwiex adatt sabiex jippermetti l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li, sal-jum tal-preżentata tar-rikors, il-konvenuta ma kinitx użat, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, it-titolu provviżojru li jrriżulta mis-sentenza mogħtija fil-kontumaċja.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339

(2)  ĠU L 195, p. 55.


Top