EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0390

Kawża C-390/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — CS AGRO Ronov s.r.o. vs Ministerstvo zemědělství (Agrikoltura — Settur taz-zokkor — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni — Impenn tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota — Kunċett — Dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur — Rifjut tal-għoti tal-għajnuna — Neċessità li jiġi rexiss il-kuntrat eżistenti ta’ kunsinna)

OJ C 366, 24.11.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — CS AGRO Ronov s.r.o. vs Ministerstvo zemědělství

(Kawża C-390/11) (1)

(Agrikoltura - Settur taz-zokkor - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Impenn tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota - Kunċett - Dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur - Rifjut tal-għoti tal-għajnuna - Neċessità li jiġi rexiss il-kuntrat eżistenti ta’ kunsinna)

2012/C 366/22

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS AGRO Ronov s.r.o.

Konvenut: Ministerstvo zemědělství

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 29, rettifika fil-ĠU L 64 M, 10.03.2009, p. 11), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1261/2007, tad-9 ta’ Ottubru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 8) — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor — Kunċett ta’ “impenn” li għandu jakkumpanja l-applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni, fejn il-produttur tal-pitravi taz-zokkor jorbot lilu nnifsu li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota lill-impriżi li magħhom huwa kkonkluda kuntratt ta’ kunsinna matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti — Rifjut li tingħata l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni peress li l-imsemmi impenn għandu jieħu l-forma tar-rexissjoni tal-kuntratt ta’ kunsinna eżistenti u mhux ta’ dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007, tad-9 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impenn li titwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 jista’ jieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni unilaterali mill-produttur.

(2)

L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament Nru 320/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 1261/2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impenn unilaterali tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 ma jimplikax, fih innifsu, in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-obbligi kuntrattwali tiegħu fil-konfront tal-impriża taz-zokkor.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


Top