EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0217

Kawża C-217/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit- 8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Bornand, Pierre-Louis

OJ C 235, 4.8.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit-8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Bornand, Pierre-Louis

(Kawża C-217/12)

2012/C 235/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenut: Bornand, Pierre-Louis

Domanda preliminari

Benefiċċju bħal ma huwa l-allowance għal-leave parentali prevista mill-Artikoli 306 sa 308 tal-Code de la sécurité sociale jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1), fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata kif applikabbli skont it-Taqsima A(1) tal-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni u tal-Att Finali, iffirmati fil-Lussemburgu, fil-21 ta’ Ġunju 1999 (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35

(2)  ĠU 2002, L 114, p. 6


Top