EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0158

Kawża C-158/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 14 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Auto 24 SARL vs Jaguar Land Rover France SAS (Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Settur tal-vetturi bil-mutur — Regolament (KE) Nru 1400/2002 — Eżenzjoni skont il-kategoriji — Sistema ta’ distribuzzjoni selettiva — Kunċett ta’ “kriterji speċifikati” fir-rigward ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva — Rifjut ta’ approvazzjoni bħala distributur ta’ vetturi ġodda — Nuqqas ta’ kriterji ta’ għażla kwantitattivi preċiżi, oġġettivi, proporzjonati u li ma humiex diskriminatorji)

OJ C 227, 28.7.2012, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Auto 24 SARL vs Jaguar Land Rover France SAS

(Kawża C-158/11) (1)

(Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Settur tal-vetturi bil-mutur - Regolament (KE) Nru 1400/2002 - Eżenzjoni skont il-kategoriji - Sistema ta’ distribuzzjoni selettiva - Kunċett ta’ “kriterji speċifikati” fir-rigward ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva - Rifjut ta’ approvazzjoni bħala distributur ta’ vetturi ġodda - Nuqqas ta’ kriterji ta’ għażla kwantitattivi preċiżi, oġġettivi, proporzjonati u li ma humiex diskriminatorji)

2012/C 227/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Auto 24 SARL

Konvenuta: Jaguar Land Rover France SAS

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de Cassation — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(f) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002, tal-31 ta’ Lulju 2002, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 158) — Sistema ta’ distribuzzjoni selettiva — Rifjut li jiġi awtorizzat bħala distributur ta’ vetturi ġodda Land Rover — Kunċett ta’ “kriterja(i) speċifikata(i)” fil-kuntest ta’ distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva — Nuqqas ta’ kriterji ta’ selezzjoni kwantitattivi preċiżi, oġġettivi, proporzjonati u mhux diskiminatorji

Dispożittiv

Bil-kliem “kriterja speċifikata” li jinsabu fl Artikolu 1(1)(f) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur, hemm lok li jinftiehem, fir-rigward ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u kwantitattiva fis-sens ta’ dan ir-regolament, kriterji li l-kontenut preċiż tagħhom jista’ jiġi vverifikat. Sabiex tibbenefika mill-eżenzjoni prevista minn dan ir-regolament, ma huwiex neċessarju li tali sistema tkun ibbażata fuq kriterji li huma ġġustifikati oġġettivament u applikati b’mod konsistenti u mhux ivarjaw fir-rigward ta’ kull kandidat għall-approvazzjoni.


(1)  ĠU C 179, 18.6.2011.


Top