EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0065

Kawża T-65/12 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2012 minn Guido Strack kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas- 7 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża F-44/05 RENV — Strack vs Il-Kummissjoni

OJ C 118, 21.4.2012, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/27


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2012 minn Guido Strack kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża F-44/05 RENV — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/12 P)

2012/C 118/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, fl-intier tiegħu, id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża F-44/05 RENV;

tikkundanna lill-konvenuta, skont it-talba tar-rikorrent fil-punt 1, A.4 tar-rikors ippreżentat minnu fil-21 ta’ Frar 2011, fil-kuntest tal-Kawża F-44/05 RENV, liema talba hija mmotivata fil-punti 78-85 tal-imsemmi rikors, tikkumpensa d-danni mġarrba minħabba tul eċċessiv ta’ proċeduri, fis-sens tal-Artikolu 6 KEDB, għal ammont ta’ EUR 2 500;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ qorti stabbilita mil-liġi, tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), tat-tieni paragrafu tal-l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u tal-Artikolu 4(4) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Fil-kuntest ta’ tali aggravju, l-appellant jilmenta li l-proċeduri ġew inizjalment assenjati lil awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) u li, għall-assenjazzjoni suċċessiva, ma hemmx il-bażi legali neċessarja.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(2) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll tal-Artikolu 73 tar-Regoli tal-Proċedura tat-TSP

Fil-kuntest ta’ tali motiv, l-appellant isostni li, fir-rigward tat-talba tiegħu li huwa ressaq mhux fir-rikors promotur iżda f’dikjarazzjoni sussegwenti, ma jistax jingħata digriet ta’ rinviju separat, minħabba n-nuqqas tal-awtonomija u tan-natura separabbli tal-imsemmija talba.

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(2) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 73 tar-Regoli tal-Proċedura tat-TSP

L-appellant isostni li l-kwistjoni toriġina mir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, u għalhekk, skont l-Artikolu 1 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa kompetenti t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(1) KEDB u tal-Artikolu 47 tal-Karta

Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li, permezz tal-proċeduri tiegħu, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser il-prinċipji tad-dritt għal smigħ u tal-kontradittorju u ttrattah b’mod inġust.


Top