EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0221

Kawża T-221/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Marzu 2012 — Iberdrola vs Il Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Att li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà” )

OJ C 118, 21.4.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Iberdrola vs Il Kummissjoni

(Kawża T-221/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Att li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 118/39

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: X. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Iberdrola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


Top