EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0424

Kawża T-424/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Frar 2012 — Dosenbach-Ochsner vs UASI — Sisma (Rappreżentazzjoni ta’ iljunfanti f’rettangolu) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta iljunfanti f’rettangolu — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw iljunfant u trade mark nazzjonali verbali preċedenti elefanten — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru distintiv tat-trade marks preċedenti” )

OJ C 80, 17.3.2012, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Dosenbach-Ochsner vs UASI — Sisma (Rappreżentazzjoni ta’ iljunfanti f’rettangolu)

(Kawża T-424/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta iljunfanti f’rettangolu - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw iljunfant u trade mark nazzjonali verbali preċedenti elefanten - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv tat-trade marks preċedenti)

2012/C 80/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sisma SpA (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1638/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport u Sisma SpA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1638/2008-4) hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Dosenbach Ochsner AG Schuhe und Sport.

(3)

Sisma SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top