EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0563

Kawża T-563/10 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Diċembru 2011 — De Luca vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Appell inċidentali — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra għal impjieg ta’ grupp ta’ funzjonijiet għola wara kompetizzjoni ġenerali — Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal” )

OJ C 32, 4.2.2012, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — De Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-563/10 P) (1)

(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra għal impjieg ta’ grupp ta’ funzjonijiet għola wara kompetizzjoni ġenerali - Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2012/C 32/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant J. Currall, aġent); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-30 ta’ Settembru 2010, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appelli inċidenti huma miċħuda.

(2)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-30 ta’ Settembru 2010, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

(3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 63, 26.2.2011.


Top