EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0515

Kawża C-515/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/31/KE — Deċiżjoni 2003/33/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Landfill għal skart inerti — Aċċettazzjoni ta’ skart tas-siment tal-asbestos)

OJ C 32, 4.2.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-515/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Deċiżjoni 2003/33/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Landfill għal skart inerti - Aċċettazzjoni ta’ skart tas-siment tal-asbestos)

2012/C 32/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u A. Marghelis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 2(e), tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 6(d) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (landfill) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) u tad-dispożizzjonijiet tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma (landfill) artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 314) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kategorija ta’ skart “inerti u perikoluż”, li ma ssegwix id-direttiva — Rimi ta’ skart tas-siment tal-asbestos f’landfill

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tiżgura li l-iskart tas-siment tal-asbestos jiġi ttrattat f’landfills xierqa, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(e), 3(1) u 6(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (landfill), kif ukoll taħt id-dispożizzjonijiet tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma (landfill) artifiċjali, skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011.


Top