EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0561

Kawża T-561/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Ottubru 2011 — Gutknecht vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Spezzjonijiet sanitarji — Prodotti bijoċidali — Inventarju tas-sustanzi attivi fis-suq — Adozzjoni ta’ regolamenti mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/8/KE — Rabta kawżali” )

OJ C 347, 26.11.2011, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Gutknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/08) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Spezzjonijiet sanitarji - Prodotti bijoċidali - Inventarju tas-sustanzi attivi fis-suq - Adozzjoni ta’ regolamenti mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/8/KE - Rabta kawżali)

2011/C 347/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Gutknecht (Kirchheimbolanden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu mġarrab, prinċipalment, bl-adozzjoni allegatament illegali mill-Kummissjoni ta’ varji regolamenti skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3); jew, sussidjarjament, bl-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċċessarji biex tipproteġi d-dritt għall-protezzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont l-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Jürgen Gutknecht huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


Top