EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0443

Kawża C-443/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Limoges — Franza) — Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement (Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Importazzjoni, minn persuna residenti fi Stat Membru, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Primjum Ambjentali — Kundizzjonijiet — Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri)

OJ C 347, 26.11.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Limoges — Franza) — Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement

(Kawża C-443/10) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Importazzjoni, minn persuna residenti fi Stat Membru, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Primjum Ambjentali - Kundizzjonijiet - Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri)

2011/C 347/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Limoges

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Philippe Bonnarde

Konvenuta: Agence de Services et de Paiement

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Limoges — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351), emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/127/KE, tat-23 ta’ Diċembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 7. p. 710) — Importazzjoni, minn persuna residenti fi Franza, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ primjum ambjentali għall-għoti ta’ ċertifikat li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti

Dispożittiv

L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex ikun jista’ jingħata l-“bonus écologique — Grenelle de l’environnement” meta l-vetturi bil-mutur għal wiri impurtati jiġu rreġistrati f’dan l-Istat Membru, teżiġi li fuq l-ewwel ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ tali vetturi għandu jkun hemm il-kliem “vettura għal wiri”.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top