EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2011/281/10
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.6263 — Aelia/Aéroports de Paris/JV) Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6263 – Aelia/Aéroports de Paris/JV) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6263 – Aelia/Aéroports de Paris/JV) Test b’relevanza għaż-ŻEE
OJ C 281, 24.9.2011, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6263 – Aelia/Aéroports de Paris/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 281/10
1. |
Fil-15 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika, skont l-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1), ta' proposta ta' konċentrazzzjoni li peremezz tagħha l-intrapriżi Aelia (France), li tappartjeni għall-grupp Lagardère, u Aéroports de Paris (Franza), ikkontrollata mill-Istat Franċiż, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3, paragrafu 1, punt b), tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta' Duty Free Paris (Franza), u tal-attivitajiet “moda u aċċessorji” li jinsabu fl-ajruporti Paris-Charles de Gaulle u Paris-Orly tal-intrapriża Duty Free Associates SAS (Franza) permezz ta' xiri ta' ishma, u t-terminazzjoni ta' kirjiet kummerċjali u l-konklużjoni ta' kirjiet ġodda. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6263 – Aelia/Aéroports de Paris/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).