EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0066

Kawża F-66/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Mejju 2011 — AQ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 — Grad tal-evalwatur inferjuri għal dak tat-titolari tal-post — Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti tal-perjodu ta’ riferenza — Nuqqas ta’ twaqqif ta’ objettivi għat-titolari tal-post)

OJ C 232, 6.8.2011, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/41


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — AQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 - Grad tal-evalwatur inferjuri għal dak tat-titolari tal-post - Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti tal-perjodu ta’ riferenza - Nuqqas ta’ twaqqif ta’ objettivi għat-titolari tal-post)

(2011/C 232/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AQ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 inkwantu kklassifikah fil-livell ta’ prestazzjoni III u assenjalu żewġ punti ta’ promozzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ AQ għall-proċedura ta’ evalwazzjoni u tal-promozzjoni tal-2009 kif ukoll id-deċiżjoni li attribwit lil AQ żewġ punti ta’ promozzjoni fl-istess proċedura huma annullati.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tħallas lil AQ is-somma ta’ EUR 2 000.

(3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija tat-talbiet.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74.


Top