EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0115
Case C-115/10: Judgment of the Court (First Chamber) of 9 June 2011 (reference for a preliminary ruling from the Fővarosi Bíróság (Hungary)) — Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt. v Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Common agricultural policy — Regulation (EC) No 1782/2003 — Complementary direct national aid — Conditions for grant)
Kawża C-115/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — Repubblika tal-Ungerija) — Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Politika Agrikola Komuni — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Għajnuna diretta nazzjonali komplementari — Kundizzjonijiet għall-għoti)
Kawża C-115/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — Repubblika tal-Ungerija) — Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Politika Agrikola Komuni — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Għajnuna diretta nazzjonali komplementari — Kundizzjonijiet għall-għoti)
OJ C 226, 30.7.2011, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — Repubblika tal-Ungerija) — Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
(Kawża C-115/10) (1)
(Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Għajnuna diretta nazzjonali komplementari - Kundizzjonijiet għall-għoti)
2011/C 226/10
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt
Konvenuti: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92, tas-27 ta’ Novembru 1992, li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 223) u tal-Artikolu 10(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skont il-politika agrikola komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 424) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-benefiċċju tal-għajnuna nazzjonali komplementari, marbuta mas-sistema tal-iskema ta’ pagament uniku bbażat fuq iż-żona, il-produtturi li qed jgħaddu minn proċedura ta’ stralċ — Possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu, għall-ammissibbiltà tal-benefiċċju tal-għajnuna nazzjonali komplementari, kundizzjonijiet mhux previsti għall-għoti tal-għajnuna Komunitarja inkwistjoni.
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/281/KE, tat-22 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi lil-leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-benefiċċju tal-għajnuna nazzjonali komplementari lill-persuni ġuridiċi li jeżerċitaw attività agrikola fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għar-raġuni li huma s-suġġett ta’ proċedura ta’ xoljiment volontarju, fejn kundizzjoni li tirrigwarda n-nuqqas ta’ proċedura bħal din ma kinitx is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni Ewropea.