EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0109

Kawża T-109/05 u T-444/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 24 ta’ Mejju 2011 — NLG vs Il-Kummissjoni ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw l-elementi ta’ spejjeż li jirriżultaw minn obbligi ta’ servizz pubbliku dwar għajnuna mill-Istat — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz — Sigriet professjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trattament ugwali — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru” )

OJ C 204, 9.7.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-24 ta’ Mejju 2011 — NLG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/05 u T-444/05) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw l-elementi ta’ spejjeż li jirriżultaw minn obbligi ta’ servizz pubbliku dwar għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz - Sigriet professjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru)

2011/C 204/34

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Navigazione Libera del Golfo Srl (NLG), li kienet Navigazione Libera del Golfo SpA (Napli, l-Italja) (rappreżentanti: S. Ravenna u A. Abate, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappresentanti P. Costa de Oliveira u V. Di Bucci, aġenti)

Intervenjenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment I. Braguglia, aġent, u M. Fiorilli, avvocato dello Stato, sussegwentement M. Fiorilli u R. Adam I, aġent, u fl-aħħar nett I. Bruni, avvocato della Stato) (Kawża T-444/05); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti (Kawża T-444/05); Caremar SpA (Napoli) (rappreżentanti: inizjalment G. M. Roberti, A. Franchi u G. Bellitti, sussegwentement G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati) (Kawża T-109/05 u T-444/05)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni D(2005) 997, tat-3 ta’ Frar 2005, u D(2005) 9766, tat-12 ta’ Ottubru 2005, li rrifjutaw l-aċċess lir-rikorrenti għal ċerta data li ma hijiex riprodotta fil-verżjoni ppubblikata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE, tas-16 ta’ Marzu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat mħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia) (ĠU 2005, L 53, p. 29).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 997, tat-3 ta’ Frar 2005, hija annullata sa fejn tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess għall-elementi dettaljati ta’ spejjeż addizzjonali sostnuti kull sena minn Caremar SpA relatati mas-servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri pprovduta fuq il-linja Napoli-Beverello/Capri kemm permezz ta’ vapuri kif ukoll permezz ta’ mezzi veloċi.

(2)

Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża T-109/05 huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Navigazione Libera del Golfo Srl (NLG), din tal-aħħar għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-109/05.

(4)

Caremar għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-109/05.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 9766, tat-12 ta’ Ottubru 2005, hija annullata.

(6)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-444/05.

(7)

Ir-Repubblika Taljana, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Caremar għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


Top