EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0151
Case C-151/11: Reference for a preliminary ruling from the Landgericht Frankfurt am Main (Germany) lodged on 28 March 2011 — Condor Flugdienst GmbH v Jürgen Dörschel
Kawża C-151/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Marzu 2011 — Condor Flugdienst GmbH vs Jürgen Dörschel
Kawża C-151/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Marzu 2011 — Condor Flugdienst GmbH vs Jürgen Dörschel
OJ C 204, 9.7.2011, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Marzu 2011 — Condor Flugdienst GmbH vs Jürgen Dörschel
(Kawża C-151/11)
2011/C 204/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Condor Flugdienst GmbH
Konvenut: Jürgen Dörschel
Domandi preliminari
(1) |
Passiġġier għandu dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) fil-każ fejn titjira tiġi interrotta wara tluq li jkun sar skont l-iskeda ta’ titjiriet u l-ajruplan, qabel ma jkun wasal fl-ajruport ta’ destinazzjoni, jirritorna fl-ajruport ta’ tluq u sussegwentement jwettaq tluq ieħor b’dewmien li huwa rilevanti għall-ħlas ta’ kumpens? |
(2) |
Ikun hemm interruzzjoni meta, wara li jkunu ngħalqu l-bibien tal-ajruplan, il-vjaġġ ma jissoktax? B’effett minn liema mument ikun hemm interruzzjoni u mhux dewmien tat-tluq? |
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).